Left arrow Go Back

L-EDUKAZZJONI FUQ LIVELL LOKALI HIJA PRIJORITÀ GĦAL DAN IL-GVERN

pr141511
Date Icon 04/07/2014

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali Dr. Stefan Buontempo sostna li l-Gvern se jkun qed jagħti prijorità lill-edukazzjoni fuq bażi lokali.

Huwa qal dan waqt it-tnedija tal-proġett Ikids, kollaborazzjoni bejn il-gvern u l-privat li se twassal sabiex matul dan is-sajf mijiet ta’ tfal Maltin u Għawdxin ta’ bejn il-5 u l-10 snin se jkunu qed jingħataw taħriġ fl-ICT b’xejn fi 42 ċentru madwar pajjiżna.

Buontempo sostna li dan il-proġett huwa parti minn ħolqa ta’ proġetti oħra li permezz tagħhom il-gvern se jkun qed isaħħaħ il-ħiliet tat-tfal fl-ICT minn età bikrija.

Is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-gvern lokali ta wkoll għajnuna finanzjarja lill-komunitajiet li għandhom bżonnijiet partikolari fosthom fiż-żoni tal-Kottonera, il-Belt u l-Marsa. “Għamilna dan għaliex nemmnu li kulħadd għandu jingħata l-istess opportunitajiet u l-ebda tifel jew tifla ma għandha titħalla taqa’ lura,” sostna Buontempo.

Huwa għalaq billi rriafferma li l-prijorità ta’ dan il-gvern hija dik li jkompli jagħmel mill-Kunsilli Lokali pilastri soċjali effettivi u aktar viċin in-nies.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow