Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr141506
Date Icon 04/07/2014

Ilbieraħ saret laqgħa bejn il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia, u l-Ministru għall-Intern Libjan Saaleh Abdurraheem Maaziq.

Waqt din il-laqgħa ġew diskussi diversi suġġetti, fosthom sigurtà, metodi dwar kif jista' jiġi evitat kuntrabandu ta' diversi oġġetti, koperazzjoni fuq taħriġ għall-membri tal-Korpi Dixxiplinati, immigrazzjoni, kif ukoll kwistjonijiet ta' passaporti u visas.

Il-Ministru għall-Intern Libjan wasal f'pajjiżna ma' delegazzjoni Libjana magħmula minn diversi kapijiet ta' dipartimenti. Għalhekk fil-jiem li ġejjin ser ikunu qegħdin jiġu organizzati diversi laqgħat bilaterali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Inawgurata s-sala rinnovata tal-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli

PR262042

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Inawgurata s-sala ri...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

More Press Releases Right arrow