Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU EDWARD ZAMMIT LEWIS JILQA’ B’SODISFAZZJONI AKTAR RIŻULTATI POŻITTIVI GĦAX-XAHAR TA’ MEJJU

pr141504
Date Icon 03/07/2014

Il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis għall-xahar ieħor konsekuttiv josserva b’sodifazzjon żieda fl-ammont ta’ turisti li żaru Malta fix-xahar ta’ Mejju 2014.  Skont ċifri maħruġa dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, Mejju ra żieda ta’ aktar minn 8% fl-ammont ta’ turisti li żaru Malta meta mqabbel mal-istess xahar tas-sena l-oħra.  Dan irriżulta f’żieda ta’ kważi 3% fin-nefqa ta’ dawn it-turisti f’Malta kif ukoll żieda ta’ aktar minn 3% fl-iljieli li qattgħu f’Malta f’Mejju li għadda meta kkumparat ma’ Mejju 2013.

Bejn Jannar u Mejju 2014 in-numru ta’ turisti li ġew Malta aktar minn darba żdied b’aktar minn 7% meta mqabbel mal-istess xhur tas-sena 2013.  Interessanti l-fatt li minn dawn is-7%, hemm aktar minn 11% li ġew Malta aktar minn darbtejn fis-sena.

F’Mejju li għadda l-ammont ta’ turisti barra mill-Unjoni Ewropeja kien ta’ aktar minn 14%, ikkumparat ma’ Mejju 2013.  Din iż-żieda hija d-doppju taż-żieda perċentwali ta’ turisti li żaru Malta f’Mejju li għadda kkumparat ma’ Mejju tas-sena l-oħra.  Turisti barra mill-Unjoni Ewropeja li żaru Malta f’Mejju li għadda żdiedu b’aktar minn 50% meta kkumparat ma’ Mejju 2012.

Bejn Jannar u Mejju 2014, iż-żieda ta’ turisti barra mill-Unjoni Ewropeja kienet ta’ kważi 28%, ikkumparat mal-istess perjodu tas-sena 2013.  Ta’ min jinnota li l-ammont ta’ turisti Russi u Amerikani żdied b’21% u b’26% rispettivament meta mqabbel l-ewwel ħames xhur tas-sena 2014 mal-istess xhur tas-sena 2013.

Dan ir-riżultat hu sinifikanti għaliex huwa l-għan tal-Gvern illi jħares lejn non-EU  sources markets u jkabbarhom, aktar u aktar meta bħalissa l-aħjar ekonomiji qegħdin fil-maġġor parti tagħhom barra mill-Unjoni Ewropea.

Ta’ min jirrimarka bi pjaċir li l-ammont ta’ passiġġieri fuq il-cruiseliners żdied b’erba’ darbiet aktar f’Mejju li għadda meta mqabbel ma’ Mejju tas-sena l-oħra.  L-akbar żieda nħasset minn passiġġieri li kellhom l-età ta’ bejn l-20 u d-39 sena, fejn l-ammont tagħhom żdied b’14-il darba aktar.

Dan hu importanti hafna għaliex wara is-sena 2013 erġajna qbadna momentum pożittiv fejn tidħol l-industrija tal-cruiseliners li hija niċċa importanti ħafna fis-settur turistiku tagħna.

Fuq nota pożittiva oħra l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar li fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-kumpanija mmaniġġjat 1.8 miljun ta’ passiġġier, jiġifieri 7.7% aktar mal-istess perjodu is-sena li għaddiet.

Riżultati pożittivi kienu rreġistrati fis-source markets kollha. Franza rreġistrat l-akbar tkabbir, dak ta’ 17.9%. Madanakollu, ir-Renju Unit baqa’ l-akbar suq fejn baqa’ fl-ewwel pożizzjoni u kkontribwixxa fi tkabbir ta’ 6.7%. Tkabbir sinifikanti ġie rreġistrat wkoll mis-suq Taljan hekk kif kien hemm żieda ta’ rottot.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow