IL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU DR EDWARD ZAMMIT JILQA’ B’SODISFAZZJONI IC-ĊIFRI POŻITTIVI FIS-SETTUR TURISTIKU GĦAX-XAHAR T’APRIL 2014
Il-Ministru għat-Turiżmu jilqa’ b’sodisfazzjon iċ-ċifri pożittivi li ġew ippubblikati dalgħodu mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika rigward l-Akkomodazzjoni Kollettiva.
Ikkumparat mal-istess xahar tas-sena l-oħra, f’April li għadda ġiet irreġistrata żieda ta’ 13% fil- wasliet u ta’ 10% fl-iljieli ġewwa l-lukandi u l-akkomodazzjonijiet kollettivi oħra bħal guesthouses, hostels u villaġġi turistiċi. Din iż-żieda qawwija nħasset tajjeb ħafna ukoll ġewwa Għawdex meta fl-istess perjodu ġiet reġistrata żieda ta’ 9% fil-wasliet u 15% fl-iljieli fil-lukandi u f’akkomodazzjonijiet kollettivi oħra ġewwa Għawdex.
Inkoraġġanti hija ż-żieda rreġistrata fl-iljieli f’lukandi ta’ ħames stilel. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, f’April li għadda kkumparat mal-istess xahar tal-2013, kien hemm żieda ta’ 16% fl-iljieli li t-turisti qattgħu f’lukandi ta’ ħames stilel. Aktar minn hekk b’sodisfazzjon għandu jiġi rrimarkat li fl-istess perjodu l-lukandi ta’ ħames stilel ġewwa Għawdex irreġistraw żieda fl-iljieli ta’ kważi 33%.
Bejn Jannar u April 2014, ikkumparat mal-istess perjodu ta’ l-2013, il-lukandi ta’ ħames stilel ġewwa l-Gżejjer Maltin irreġistraw żieda fl-iljieli ta’ 11%. Din ir-rata hija tassew pożittiva meta wieħed jikkunsidra li l-medja taż-żieda globali fl-akkomodazzjoni kollettiva hi ta’ 5.3%.
Dawn is-suċċessi miksuba jirriżultaw f’effett pożittiv fl-impjiegi fi ħdan l-industrija. Għal dan il-għan il-Gvern huwa kommess li jkompli jilqa’ l-influss ta’ turisti f’Malta sabiex dan is-settur tant kruċjali għal pajjiżna jkompli jikber ekonomikament. Il-Gvern se jkompli jaħdem bl-istess ritmu biex dawn ir-riżultati pożittivi jkompli jiżdiedu filwaqt li jaħdem biex ittejjeb il-kwalità tas-servizz u l-prodott.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041