IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA TATTENDI GĦAL ATTIVITA FID-DAR TAL-ANZJANI FL-IMTARFA
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana kienet mistiedna għall-attività konnessa mal-festa tal-Imnarja fid-dar tal-anzjani tal-Gvern fl-Imtarfa. Dr Caruana kellha l-opportunità li ddur din id-dar u anke tiltaqa’ mal-ħaddiema u titkellem mar-residenti. Fl-indirizz tagħha Dr Caruana rringrazzjat u faħħret it-tmexxija ta’ din id-dar u tenniet kemm huma importanti li mhux biss nagħtu servizz lill-anzjani tagħna imma iktar u iktar obbligati nagħtuhom servizz ta’ kwalità.
Is-Segretarju Parlamentari ħabbret li l-Gvern permezz tas-Segretarjat tagħha se jkun għaddej b’eżerċizzju biex titjieb il-kundizzjoni infrastrutturali ta’ kull dar tal-Gvern u se tkun qed tiġi studjata l-possibbiltà li jiżdiedu s-sodod f’kull dar. Ħabbret kif fil-fatt fil-ġranet li ġejjin il-periti tas-Segretarjat se jibdew dan l-eżercizzju proprju f’din id-dar.
Ir-residenti tad-dar bħala sinjal ta’ apprezzament taw lis-Segretarju Parlamentari xi xogħol maħdum bl-idejn minnhom, kif ukoll tawha donazzjoni biex tiġi mogħtija lid-Dar tal-Providenza waqt il-maratona ta’ ġbir ta’ fondi għall-istess dar. Is-Segretarju Parlamentari min-naħa tagħha filwaqt li rringrazzjathom minn qalbha ta’ dan il-ġest sabiħ qalet li hija xi ħaga sinifikanti ħafna li qasam li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha ħaseb u kien ġeneruz ma’ qasam ieħor li wkoll jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha u dan juri kemm aħna poplu solidali.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041