IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA TĦABBAR RESIDENZA ĠDIDA GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ F’GĦAWDEX
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ppreżentat proposta lill-kabinett sabiex tkompli titwettaq wiegħda elettorali li f'dawn l-aħħar ġimgħat ingħatat prijorità mill-istess Segretarjat.
Fil-fatt il-proposta li Dr Justyne Caruana ppreżentat lill-kabinett ilbieraħ, kienet titratta dwar residenza fil-gżira Għawdxija għall-persuni b'diżabilità li se tkun l-ewwel waħda tax-xorta tagħha.
Il-kabinett ilbieraħ, approva din il-proposta u allura fil-ġranet li ġejjin se toħroġ sejħa għal espressjoni ta' interess għall-proprjetajiet li jkunu addattati, skont il-kriterji li se jiġu mħabbra fl-istess espressjoni.
Il-Gvern huwa kommess li jwettaq il-wiegħda elettorali tiegħu li jagħti serħan tal-moħħ lill-ġenituri ta' persuni b'diżabilità anke f'Għawdex. F'temp ta' ftit ġranet din hija r-raba’ darba li l-Gvern permezz tas-Segretarjat Parlamentari mmexxi minn Justyne Caruana qed iħabbar inizjattiva ġdida fil-qasam residenzjali u independent living għall-persuni b'diżabilità. Sadanittant beda wkoll il-proċess biex ikun hemm sejħa għax-xogħlijiet fuq l-ewwel residenza fis-Siġġiewi li mistennija tilqa’ l-ewwel residenti sal-aħħar tas-sena filwaqt li hemm sensiela ta' proprjetajiet oħra li qed jiġu evalwati mill-periti.
Dan hu Gvern li jwettaq. Għal dan il-Gvern, il-persuni b'diżabilità għandhom dritt għall-aqwa u l-aħjar.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041