Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRI ANTON REFALO U MANUEL MALLIA JINAWGURAW L-UFFIĊĊJU TA’ E-RESIDENCE ĠEWWA GĦAWDEX

pr141487
Date Icon 01/07/2014

Il-Ministru t’Għawdex Anton Refalo u l-Ministru ghall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia kienu preżenti għall-ftuħ uffiċjali tal-uffiċċju ‘E-Residence’ ġewwa Għawdex.

Dan l-uffiċċju ilu jopera minn Għawdex sa minn Diċembru 2013. ‘E-Residence’ jservi bħala one stop shop għar-residenti barranin li jkollhom xi mistoqsijiet fuq affarijiet relatati ma’ residenza.

Minn Settembru sa Diċembru 2013 l-‘Unit’ irċieva 388 applikazzjoni li ssodisfaw il-kriterji tal-ligi relatata ma’ residenza.

Fil-preżent l-uffiċċju qed jimpjega sitt persuni li jkunu jistgħu jaħdmu kemm fil-front office kif ukoll fil-back office. Ta’ min jirrimarka li l-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju kien parti minn eżerċizzju biex il- ħaddiema Għawdxin li kienu jaħdmu Malta jibdew jaħdmu ġewwa Għawdex.

Is-servizzi offruti jinkludu applikazzjonijiet għal resident permits, eżaminazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal fini tal-liġi, reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet fuq l-E-Residence Permit Database, ħruġ ta’ interim permit, ġbir t’informazzjoni f’dossiers u komunikazzjoni mal-uffiċċju f’Malta. Dan l-uffiċċju qiegħed jipprovdi wkoll informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza doppja.

Il-Ministru t’Għawdex Anton Refalo qal li ‘E-Residence’ huwa utli ħafna għall-gżira Għawdxija. Sa minn meta twaqqaf dan l-uffiċċju, il-persuni qegħdin jinqdew minn Għawdex mingħajr il-bżonn li jmorru Malta. Il-Ministru faħħar lill-istaff tas-servizz effiċjenti u utli li qed joffri. Anton Refalo semma’ l-importanza li jitkattar ix-xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat.

ll-Ministru t’Għawdex Anton Refalo rringrazzja lill-Ministru tal-Intern Manuel Mallia tal-ħidma tiegħu u tal-appoġġ li dejjem juri fil-bżonnijiet speċifiċi tal-gżira Għawdxija.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia rringrazzja lil Ministru Anton Refalo talli flimkien sabu soluzzjoni prattika li tagħmel sistema aktar efficjenti.

Skont ir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea kellu jitbiddel il-format tad-dokument tal-E-Residence. Din il-bidla, qal il-Ministru Mallia, wasslet biex kellhom jinħargu dokumenti ta’ residenza ġodda lil persuni kollha ta’ nazzjonalità barranija li jgħixu f’pajjiżna. Il-Ministru Manuel Mallia qal li dan ikkawża backlog tant li fil-bidu ta’ din il-leġislatura, dan il-gvern sab 4500 applikazzjonijiet ta’ ċittadini Ewropej pendenti, li f’sena u nofs dan il-gvern irnexxilu jnaqqas għal 217 biss.

Dan filwaqt li l-applikazzjonijiet ta’ third country nationals, fil-bidu ta’ din il-leġislatura kienu saħansitra jlaħħqu d-9000.  Numru li f’sena u nofs dan il-gvern irnexxilu jnaqqas għal 1700.

Kien għalhekk li l-Ministru Manuel Mallia qal li l-Ministeru ħadem biex infetah l-Evans Building fejn issaħħu r-riżorsi umani filwaqt li nħoloq one-stop shop. Tnediet ukoll inizjattiva fejn persuni b’nazzjonalità Ewropea setgħu japplikaw għall-‘E-Residence’ bil-posta. Barra minn hekk, l-istaff tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u l-Expatriates qiegħed imur fiċ-ċentri miftuħin biex jieħu l-biometrics ta’ persuni li għandhom protezzjoni internazzjonali.

Issa wkoll, infetaħ ċentru f’Għawdex biex jinqdew nies ta’ nazzjonalità barranija li jgħixu f’Għawdex filwaqt li qed jopera back office f’Ghawdex stess biex ikompli ikun ta’ sostenn għall-uffiċċju f’ Malta u titnaqqas il-backlog.

Il-Ministru Mallia temm billi rringrazzja lill-ħaddiema kollha li għamlu dan l-isforz filwaqt li  ħeġġiġhom ikomplu jistinkaw biex isir aktar progress.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow