Left arrow Mur Lura

MALTA TĦEJJI POLITIKA NAZZJONALI DWAR IL-MARITTIMU

pr141485mt
Date Icon 01/07/2014

"Malta bħalissa qed tħejji bis-sħiħ biex ikollha Politika Nazzjonali dwar il-Marittimu. Ġaladarba varata, din il-politika ser tkun waħda komprensiva li tgħaqqad magħha diversi aspetti relatati mal-marittimu. Il-politika nazzjonali dwar il-marittimu hija parti mill-programm tal-Gvern u qed isir biex pajjiżna jkompli jimmasimizza l-potenzjal tiegħu f’dan il-qasam”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari José Herrera meta kien qed jindirizza laqgħa fi Brussel organizzata mill-Kummissarju ghall-Affarijiet Marittimi Maria Damanki u l-‘Global Ocean Commission’. It-tema ta’ din il-laqgħa kienet “Nirriġeneraw l-Oċeani Tagħna”.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Marittimu José Herrera qal li għalkemm il-baħar Mediterran mhux oċean huwa wieħed mill-aktar ibħra importanti għaliex jipprovdi l-għixien għal madwar  220 miljun persuna. Dan il-baħar huwa wieħed mill-aktar ibħra mfittxija fid-dinja mil-linji tal-vapuri minn fejn jgħaddi terz tal-merkanzija. Dr Herrera sostna li dan il-baħar qed jispiċċa vittma t’għadd ta’ realtajiet bħal sajd żejjed. Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li “Għalhekk hemm ħafna xi jsir. L-instabilità politika fir-reġjun qed twaqqaf ċertu progress. Malta min-naħa tagħna, għax nemmnu fil-potenzjal tal-baħar ta’ madwarna, qed nippreparaw politika integrali li tirrifletti l-politika Ewropea f’dan is-suġġett”.

Ir-rapport ippreżentat lill-membri preżenti għal din il-laqgħa fi Brussel jidentifika tmien proposti li qed isibu l-appoġġ tal-Kummissjoni, bħall-proposti marbuta ma’ sostenibilità u l-ġlieda kontra s-sajd illegali.

Il-preżenza ta’ Dr Herrera f’din il-laqgħa hija parti mill-isforz li qed jagħmel il-Gvern fil-fora internazzjonali marbuta mal-marittimu biex sal-aħħar tas-sena jkollna pjan komprensiv dwar il-politika marittima.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow