IFFIRMAT L-14-IL FTEHIM KULTURALI U EDUKATTIV BEJN L-ITALJA U MALTA
Illum, 1 ta’ Lulju 2014, fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ġie ffirmat l-14-il Ftehim Kulturali u Edukattiv bejn Malta u l-Italja. L-Ambaxxatur Giovanni Umberto De Vito ffirma għan-nom tal-Gvern Taljan, filwaqt li l-Ambaxxatur Fiona Formosa, Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, iffirmat għan-nom tal-Gvern Malti.
Dan, l-14-il Ftehim, ikopri s-snin 2014 u 2017 u jfittex sabiex isaħħaħ il-kooperazzjoni kulturali u edukattiva bejn iż-żewġ pajjiżi bħala mezz biex iż-żewġ komunitajiet jifhmu lil xulxin, kif ukoll sabiex ikomplu jibnu fuq il-pedamenti li diġa tfasslu fejn jidħlu r-relazzjonijiet ekonomiċi u diplomatiċi bejn l-Italja u Malta.
Iż-żewġ partijiet esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal dan il-ftehim u awguraw li dan iwassal għal relazzjonijiet aktar b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041