IL-MINISTRU BRINCAT IFAĦĦAR L-IMPENN TAL-PRESIDENT AMERIKAN OBAMA DWAR IL-ĦARSIEN TAL-AMBJENT U T-TIBDIL TAL-KLIMA
Waqt li kien qiegħed jindirizza miġemgħa kbira ta’ studenti tal-iskejjel tal-Gvern, tal-Privat u tal-Knisja f’attività favur l-ambjent organizzata mill-eNGO Nature Trust bil-kollaborazzjoni tal-Ambaxxata Amerikana, fil-preżenza tal-Ambaxxatriċi Amerikana għal Malta, li saret f’Kennedy Grove, il-Ministru Brincat qal li filwaqt li xtaq isellem lill-mexxeja Dinjija kollha li żammew il-wegħdiet tagħhom favur l-ambjent, ħassu fid-dmir li juri l-apprezzament tiegħu u tal-Gvern Malti għall-ħidma pożittiva u l-impenn li wera f’dawn l-aħħar xhur il-President Amerikan Obama kemm dwar it-tibdil tal-klima kif ukoll dwar il-ħarsien tal-ambjent.
Il-Ministru Brincat qal li l-mexxej Amerikan kien qed jagħmel dan minkejja elementi qawwija f’pajjiżu stess li lanqas huma lesti li jaċċettaw li t-tibdil tal-klima qiegħed diġà jseħħ, u ilu li sar realtà.
Huwa qal li l-passi kuraġġużi li ħa l-President Obama dan l-aħħar biex jirregola t-tniġġiż tal-impjanti li jiġġeneraw l-enerġija f’pajjiżu huma fost l-aktar inizjattivi ambjentali importanti li ħadet l-Istati Uniti f’dawn l-aħħar erbgħin sena.
Il-Ministru Brincat radd ħajr lill-isponsors kollha li wrew kif il-Gvern Ċentrali, Gvernijiet barranin bħal dak Amerikan, kumpanija pubblika bħal WasteServ, u kumpaniji privati bħal Go u l-Marsovin kienu kapaċi jgħinu flimkien bis-sehem u bl-appoġġ tagħhom biex isseħħ inizjattiva bħal din li ġabet flimkien numru daqstant kbir u sabiħ ta’ studenti u għalliema.
pr141479a.pdf
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041