Left arrow Mur Lura

JIBDA F'MALTA T-TOURNAMENT FIBA U16 TAL-BASKETBALL

pr141476
Date Icon 01/07/2014

Fil-Padiljun nazzjonali tal-basketball f’Ta' Qali sar il-ftuħ uffiċjali tal-FIBA U16 tournament tat-tfajliet u tas-subien.

Il-kompetizzjoni femminili tara lil Malta, taħt it-tmexxija ta' Sandro Farrugia tissielet kontra l-Iskozja, Ġibiltà, Andorra u Wales.  Filwaqt li fil-kompetizzjoni tal-irġiel il-Maltin mmexxija minn Gabriele Alesse u Kristin Baldacchino ser jikkonfrontaw lil Wales, San Marino, Ġibiltà u Andorra.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius attenda għaċ-ċerimonja uffiċjali ta' din il-kompetizzjoni.  Kienu preżenti l-10 timijiet li ser jipparteċipaw f'din il-kompetizzjoni flimkien ma' bosta uffiċjali tal-FIBA u anke tal-assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball fosthom il-president Paul Sultana u s-Segretarju Joseph Muscat.  Fid-diskors tiegħu, s-Segretarju Parlamemtari, faħħar l-isforzi li tagħmel l-assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball biex torganizza kompetizzjonijiet ta' din ix-xorta.  Filwaqt li awgura li l-kompetizzjoni tkun suċċess, fakkar dwar l-importanza li bħal ma min kien jgħid Pierre de Coubertin l-importanti mhux li tirbaħ imma li tipparteċipa. 

Is-Segretarju Parlamentari assista għall-ewwel logħba li t-tim nazzjonali Malti femminili kellu kontra Ġibiltà liema logħba intrebħet mill-Maltin bl-iskor ta' 66-22.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow