IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA TINDIRIZZA SEMINAR DWAR L-UFFIĊĊJU TAL-FOCAL POINT NAZZJONALI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruna illum indirizzat Seminar organizzat fiċ-ċentru matul il-Jum għal-Persuni b’ Diżabilità f’Ħal Far, organizzat mil-Focal Point Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.
Dr Justyne Caruana qalet li kien ideali li dan is-seminar dwar il-Focal Point Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità isir ġo Ċentru ta’ Matul il-Jum għal-Persuni b’Diżabilità stess. Hekk, dawk kollha li attendew għal dan is-seminar jifhmu u japprezzaw il-ħidma li ssir fiċ-ċentri tagħna. Hi qalet li l-uffiċċju ta’ dan il-Focal Point irid jaħdem b’kordinazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari stess. Filfatt l-uffiċċju ta’ dan il-Focal Point qiegħed maġenb l-uffiċju tas-Segretarjat Parlamentari, biex propju ix-xogħol jiġi kkordinat kif suppost.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ħabbret ukoll li qiegħed jiġi identifikat Focal Point minn kull ministeru, biex id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità jiġu enfasizzati minn kull aspett. Dan iwassal għal ko-ordinazzjoni sħiħa fuq bażi nazzjonali, biex b’mod ħolistiku nkunu qed niggarantixxu, nippromwovu u konkretament nagħtu d-drittijiet lill-persuni b’dizabiltà f’pajjizna. “Wara kollox għalhekk irratifikajna l-konvenzjoni” qalet Dr Caruana. Tenniet tgħid li s-segretarjat immexxi minnha qiegħed kontinwament għaddej b’ħidma intensiva biex id-drittijiet ma jibqgħux fuq il-karta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041