Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA TINDIRIZZA SEMINAR DWAR L-UFFIĊĊJU TAL-FOCAL POINT NAZZJONALI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ

pr141473
Date Icon 30/06/2014

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruna illum indirizzat Seminar organizzat fiċ-ċentru matul il-Jum għal-Persuni b’ Diżabilità f’Ħal Far, organizzat mil-Focal Point Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità.

Dr Justyne Caruana qalet li kien ideali li dan is-seminar dwar il-Focal Point Nazzjonali għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità isir ġo Ċentru ta’ Matul il-Jum għal-Persuni b’Diżabilità stess.  Hekk, dawk kollha li attendew għal dan is-seminar jifhmu u japprezzaw il-ħidma li ssir fiċ-ċentri tagħna. Hi qalet li l-uffiċċju ta’ dan il-Focal Point irid jaħdem b’kordinazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari stess.  Filfatt l-uffiċċju ta’ dan il-Focal Point qiegħed maġenb l-uffiċju tas-Segretarjat Parlamentari, biex propju ix-xogħol jiġi kkordinat kif suppost.

Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana ħabbret ukoll li qiegħed jiġi identifikat Focal Point minn kull ministeru, biex id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità jiġu enfasizzati minn kull aspett.  Dan iwassal għal ko-ordinazzjoni sħiħa fuq bażi nazzjonali, biex b’mod ħolistiku nkunu qed niggarantixxu, nippromwovu u konkretament nagħtu d-drittijiet lill-persuni b’dizabiltà f’pajjizna. “Wara kollox għalhekk irratifikajna l-konvenzjoni” qalet Dr Caruana.  Tenniet tgħid li s-segretarjat immexxi minnha qiegħed kontinwament għaddej b’ħidma intensiva biex id-drittijiet ma jibqgħux fuq il-karta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow