Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr141468
Date Icon 30/06/2014

Tislima lejn il-memorja ta’ Anton Cassar


Malta llum tilfet pijunier fil-qasam tal-ġurnaliżmu u l-letteratura. Anton Cassar ħalla din id-dinja wara snin twal jikkontribwixxi bil-kitbiet tiegħu għall-iżvilupp morali, intellettwali u soċjali ta’ pajjiżna.


Meqjus bħala viżjonarju għall-kitba xellugija f’Malta, Anton Cassar beda jaħdem bħala ġurnalist fl-1946 u serva f’diversi rwoli bħala proof-reader, night editor, features editor u korrispondent tas-seduti parlamentari. Din il-karriera li baqgħet għaddejja sal-1988 u li tagħha ngħata rikonoxximent kemm bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika kif ukoll bil-Gold Award fil-ġurnaliżmu.


Anton Cassar kien ukoll kittieb ewlieni ta’ diversi pubblikazzjonijiet fosthom ukoll l-awtobijografija tiegħu Mhix kollha ward u żahar. Dan il-pijunier fil-ġurnaliżmu kien japprezza wkoll il-wirt kulturali u jwassalha bil-kitba li tinftiehem min-nies. Kien ukoll attiv ħafna f’oqsma soċjali u kulturali bħall-baned u l-festi u f’oqsma sportivi bħar-regatta u l-boċċi.


Filwaqt li jwassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familja Cassar u lill-kommunità tal-Marsa, il-Gvern jemmen li l-kontribut ta’ Anton Cassar se jibqa’ iħalli impatt fuq ġenerazzjonijiet oħra matul is-snin twal li ġejjin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow