Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU T’GĦAWDEX ANTON REFALO JŻUR IL-FONDAZZJONI OASI FL-OKKAŻJONI TAT-23 ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAGĦHA

pr141466
Date Icon 30/06/2014

Il-Ministru t’Għawdex Anton Refalo żar il-Fondazzjoni OASI.  Il-Fondazzjoni OASI qed tfakkar it-23 anniversarju mit-twaqqif tagħha. Il-Ministru rringrazzja lill-Fondazzjoni OASI tal-ħidma eżemplari lejn is-soċjetà Għawdxija.  Ħidma kontinwa bla waqfien biex tinforma, teduka u tgħin lill-persuni li jkunu waqgħu fix-xibka tal-vizzji - drogi u alkoħol.

Anton Refalo faħħar lil Dun Manwel Cordina, l-fundatur, u lill-istaff kollu għal dan ix-xogħol nobbli, għall-għajnuna lill-vittmi u kif ukoll is-sapport kontinwu mal-familjari tal-vittmi.  Il-ministru sellem lill-kontributuri li kienu ta’ sapport tul dawn is-snin.

Prevenzjoni, Azzjoni, Kura u Riħabilitazzjoni huwa l-proċess ta’ kif l-OASI taħdem fil-qrib mal-vittmi tad-droga u alkoħol.  L-edukazzjoni u l-prevenzjoni huma  għodod neċessarji biex  ikun hawn inqas vittmi.  Il-vizzji huma mażra fuq is-soċjetà tagħna għaliex iżidu t-tbatijiet.  Huwa ferm importanti li t-tagħlim, li juri l-effettivi negattivi tal-viżżji, jiġi mgħallem lill-istudenti  mill-età tal-primarja.

Il-Ministru jemmen li l-Fondazzjoni OASI hija verament bħal dik l-oasi fid-deżert fejn il-vittmi sabu l-għajnuna kollha meħtieġa u reġgħu integraw lura fis-soċjetà. Il-Fondazzjoni OASI hi  post ta’ fejda, ambjent ta’ serenità, imħabba lejn il-proxxmu u l-post li joffri tama.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow