IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILTÀ U ANZJANITA ATTIVA DR JUSTYNE CARUANA IŻŻUR L-IKTAR PERSUNA ANZJANA F’GĦAWDEX
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabiltà u Anzjanità Attiva Dr Justyne Caruana dalgħodu żaret lil Loreta Curmi li fil-11 ta’ Ġunju għalqet 102 sena. Loreta hija membru fis-soċjetà tal-MUSEUM, u hija ukoll l-ewwel soċja li għexet aktar min mitt sena.
Waqt din iż-żjara ħelwa, Loreta u s-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana tkellmu fuq l-imgħoddi b'Loreta tirrakonta dwar it-tbatija li għaddiet minnha fi tfulita. F' ħinijiet minnhom Loreta saħansitra bdiet titkellem ma' Dr Justyne Caruana bl-Ingliż.
Dr Caruana tat l-awguri tagħha lil Loreta filwaqt li rringrazzjat lin-neputijiet tagħha li ilhom jieħdu ħsiebha diversi snin. Tenniet l-appell tagħha li lkoll għandna obbligu morali u legali li nieħdu ħsieb il-membri tal-familja anzjani.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041