IL-GVERN MALTI XTARA L-ISKULTURA 'SPEED' TA' ANTONIO SCIORTINO BIEX TITGAWDA MIL-POPLU MALTI U GĦAWDXI KOLLU
Il-Gvern Malti permezz tal-Aġenzija Nazzjonali Heritage Malta għamel akkwist importanti għall-Kollezzjoni Nazzjonali meta nxtrat l-iskultura 'Speed' ta' Antonio Sciortino għall-prezz ta' €163,000 waqt irkant pubbliku.
Din l-iskultura hija waħda mix-xogħolijiet l-aktar importanti li ħarġu minn taħt idejn Antonio Sciortino meta kien direttur tal-Akkademja Brittanika tal-Arti f'Ruma. Sciortino kellu fażi, msejħa Futurista, fejn is-suġġett tiegħu kienu iż-żwiemel u dan ix-xogħol partikolari kien iddiskrivieh bħal poter qawwi li għaddej u li l-ebda ostaklu ma jista' jwaqqaf u li jħalli warajh forza fid-direzzjoni opposta.
Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, li għalih issa bdew it-tħejjijiet biex isir MUŻA - il-mużew tal-arti innovattiv fil-Berġa tal-Italja, wieħed seta’ sa issa jammira il-mudell tal-ġibs li Antonio Sciortino stess kien ħalla lill-Istat. Dan il-mudell flimkien ma’ xogħlijiet oħra kien ġabhom minn Ruma wara t-Tieni Gwera Dinjija fejn kien ħallihom u tahom bħala donazzjoni lill-Kollezzjoni Nazzjonali fl-1947. Permezz ta' dan l-akkwist issa il-Mużew għandu l-iskultura oriġinali.
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici stqarr li jinsab sodisfatt ferm b'dan l-akkwist u ddeskrivieh bħala l-isbaħ rigal li seta’ jingħata lill-poplu Malti speċjalment fil-kuntest tal-anniversarji nazzjonali importanti li qed jiġu kkomemorati din is-sena. "Huwa ta' sodisfazzjon kbir li se nħallu xogħol daqshekk importanti biex jitgawda mill-ġenerazzjonijiet ta' warajna."
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041