Left arrow Mur Lura

LEJN GVERN LOKALI AKTAR EFFETTIV U AKTAR VIĊIN IN-NIES

pr141458
Date Icon 28/06/2014

Waqt iċ-ċerimonja tal-aċċetazzjoni tal-membri l-ġodda tal-Kumitati Amministrattivi, is-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo sostna li "jekk wieħed jgħid li s-sistema preżenti tal-kumitati amministrattivi hija waħda li taħdem b'mod perfett wieħed ikun qed jidħak bih innifsu".

Huwa sostna li wasal iż-żmien sabiex inħarsu lejn riforma fis-sistema tal-Gvern Lokali, riforma li tħares lejn sistema fejn dawn it-tliet livelli ta' Gvern Lokali (jiġifieri, ir-Reġjuni, il-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Amministrattivi) jaħdmu flimkien b'aktar sinerġija sabiex b'hekk l-istruttura tal-Gvern Lokali ssir waħda aktar effettiva u aktar viċin in-nies.

Dr Stefan Buontempo saħaq li ma jistax jkun li nkomplu noħolqu strutturi mingħajr ma nagħtuhom l-għodda meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jaħdmu u jwettqu l-proġetti tagħhom. Għalhekk irriafferma l-ħsieb tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali li wara konsultazzjoni wiesgħa jwettaq ir-riformi neċessarji.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow