Left arrow Mur Lura

LEJN SOĊJETÀ AKTAR DIĠITALI U DIPENDENTI FUQ L-ICT

pr141456
Date Icon 28/06/2014

Meta kien qed iħabbar ir-riżultati ta’ stħarriġ u riċerka dwar l-użu tal-logħob diġitali fost il-Maltin, is-Segretarju Parlamentari Jose Herrera qal li dan l-istudju jkompli jikkonferma kemm is-soċjetà Maltija qiegħda ssir dejjem aktar diġitali u dipendenti fuq l-ICT u l-applikazzjonijiet tiegħu.  "Nemmen li t-teknoloġija hija opportunità għas-soċjetà għax toffri l-għodda għall-aktar inklussività, aktar effiċjenza fix-xogħol, u kwalità ta’ ħajja aħjar", qal is-Segretarju Parlamentari.  

Jose herrera semma kemm huwa mportanti għal kull individwu li jkun mgħallem u jagħmel użu bilanċjat mill-logħob diġitali; użu għal divertiment u użu għal skop edukattiv biex jiġi żgurat l-aħjar ambjent għat-tfal u ż-żgħażagħ.

Is-Segretarju Parlamentari qal li dan l-istħarriġ huwa r-riżultat ta’ xogħol li sar mill-Akkademja b’fondi provduti mill-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni,l-MCA.  Studji oħra li qed isiru b'fondi tal-awtorità huma

• studju dwar l-użu ta’ l-internet mit-tfal li sar bħala parti minn studju ma’ l-Ewropa kollha taħt l-isem tal-EUKidsOnline u ko-ordinat mill-London School of Economics;

• studju dwar l-anzjanità u l-firda diġitali u kif nies avvanzati fl-età iħarsu lejn it-teknoloġija; u

• studju dwar kif tista’ titjieb l-kwalità fl-esperjenza tas-servizz televiżiv.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow