ŻJARA PARTIKOLARI LIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA
pr141450
27/06/2014
Għal għeluq il-100 sena tagħha, mara anzjana llum żaret lis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana fl-uffiċini tas-Segretarjat tagħha.
Is-sinjura Sant u Dr Justyne Caruana ferħu ħafna b'xulxin u dan ukoll minħabba l-fatt li s-sinjura Sant għalqet il-mitt sena proprju f'dawn il-ġranet. Waqt din iz-żjara ħelwa, is-sinjura Sant irrakkuntat l-esperjenzi tagħha matul ħajjitha fejn stqarret li kien ta’ gost kbir għaliha li ltaqgħet mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-anzjani. Min-naħa tagħha Justyne Caruana stqarret li ħassitha tassew ipprivileġġjata b'din iż-żjara.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041