L-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-AMBAXXATUR TAR-REPUBBLIKA TAL-ARMENIA
pr141448
27/06/2014
l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia, kellu żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Armenia akkredidat għall-pajjiżna, l-ET Sargis Ghazaryan.
Iż-żewġ naħat iddiskutew suġġetti ta’ interess komuni fost dawn li l-Armenia otteniet l-EU-Armenia Visa Facilitation, u dan jista’ jsarraf f’skambji bejn iż-żewġt pajjiżi partikolarment fil-qasam tal-edukazzjoni.
L-iSpeaker tenna li r-relazzjoni bejn iż-żewġt pajjiżi minn dejjem kienet waħda eċċellenti u dan jirrifletti wkoll fil-ħidma bejn ż-żewġt Parlamenti rispettivi bit-twaqqif tal-Joint Parliamentary Friendship Group.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041