Left arrow Mur Lura

-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-AMBAXXATRIĊI TAR-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

pr141447
Date Icon 27/06/2014

L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, Dr Anġlu Farrugia, dalgħodu kellu żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatrici tar-Repubblika tal-Moldova, ET is-Sinjura Stella Stingaci.

Matul il-laqgħa, l-iSpeaker tenna l-importanza ta’ din iż-żjara ta’ kortesija hekk kif issegwi ż-żjara uffiċċjali li  kienet għamlet f’pajjiżna l-ET is-Sinjura Natalia Gherman, Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Moldova, fejn flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ pajjiżna, Dr George Vella, kienu ffirmaw dikjarazzjoni konġunta li tistipula l-appoġġ li Malta tista’ tagħti lill-Moldova bħala membru tal-Unjoni Ewropeja.

L-Ispeaker wassal l-awgurju tiegħu hekk kif proprju llum  jidħol fis-seħħ l-Association Agreement  and the Deep and Comprehensive  free Trade Agreement mal-Unjoni Ewropeja.

Matul l-istess laqgħa, l-iSpeaker  Dr Anġlu Farrugia invita lill-President tal-Parlament tar-Repubblika tal-Moldova Dr Igor Corman għal żjara uffiċċjali ġewwa pajjizna li għandha tinżam fl-aħħar jiem ta’ Lulju 2014. L-iSpeaker rrifera wkoll għall-possibilita` ta’ bdil ta’ żjarat f’livell Parlamentari kif ukoll it-twaqqif ta’ Joint Parliamentary Friendship Group.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow