IL-MINISTRU GĦALL-FAMILJA U S-SOLIDARJETÀ SOĊJALI U S-SEGRETARJU PARLAMENTI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ JILTAQGĦU MAL-MALTA DEAF ASSOCIATION
Il-Ministru għall-Familja u is-Solidarjetà Soċjali Michael Farrugia u is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana ltaqgħu mal-Malta Deaf Association, li flimkien magħhom kien hemm Peter Llewellyn-Jones, President tal-EFSLI u Lieve Roodhoft, viċi president tal-EFSLI u l-kap tat-taħriġ ta’ din l-organizzazzjoni Ewropea.
Michael Farrugia u Justyne Caruana flimkien mad-delegazzjoni mmexxija minn Steven Mulvaney iddiskutew diversi affarijiet li jolqtu il-komunità ta’ persuni nieqsa mis-smigħ f’pajjiżna u kif ukoll dwar l-isfidi li l-persuni neqsin mis-smigħ ikollhom ta’ kuljum. F’dawn id-diskussjonijiet tkellmu wkoll fuq il-bżonnijiet immedjati tal-komunità ta’ persuni nieqsa mis-smigħ kif ukoll dawk il-problemi fit-tul.
Flimkien, il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari irrikonoxxew l-isfidi u d-diffikultajiet tal-komunità ta’ persuni nieqsa mis-smigħ u fakkru fuq l-impenji elettorali li ngħataw fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2008.
Dan hu Gvern li jwettaq, u għalhekk kemm il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari tennew l-impenn tal-Gvern kemm għat-twettieq tal-wegħdiet elettorali kif ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-persuni nieqsa mis-smigħ b’mod ġenerali.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041