STQARRIJA MAĦRUGA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Il-President tiftaħ il-57 edizzjoni tal-Malta Trade Fair.
Il-Ħamis filgħaxija, il-President Marie-Louise Coleiro Preca fetħet is-57 edizzjoni tal-Malta Trade Fair.
Il-President iddeskriviet din il-fiera, li fiha qed jesebixxu x-xogħol tagħhom mija u ħamsin esebitur, bħala sħubija fuq bażi kummerċjali kif ukoll soċjali bejn l-imprendituri u l-poplu Malti.
Esprimiet l-apprezzament tagħha ghall-fatt li permezz ta' sessjoni ta' Zumba, il-Malta Community Chest Fund se tkun qed tibbenefika minn fondi b'risq persuni morda bil-kanċer.
Qalet li dan juri l-qalb kbira tal-Maltin li f'mument ta' ferħ, xorta waħda jaħsbu f'min qiegħed ibati.
Hija faħħret lit-tmexxija tal-MFCC tal-inizjattiva li ħadu biex jixprunaw il-kreattivita' fost it-tfal Maltin permezz ta' parteċipazzjoni artistika f'din il-fiera.
Huwa permezz ta' opportunitajiet bhal dawn, sostniet il-President Coleiro Preca, li verament inħallu lit-tfal jimirħu fil-kreattivita' u l-innovazzjoni.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041