IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR JUSTYNE CARUANA TINDIRIZZA DISKUSSJONI ORGANIZZATA MILL-FONDAZZJONI OASI FL-OKKAZJONI TAL-JUM DINJI KONTRA D-DROGA
Illum fl-okkażjoni tal-Jum Dinji Kontra d-Droga, imniedi ta’ kull sena mill-Ġnus Magħquda, s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Dr. Justyne Caruana, attendiet għal diskussjoni nazz¬jonali bit-tema: ‘Id-Droga: Realtà Attwali - Dekrimina-lizzazzjoni, Legalizzazzjoni jew Depenalizzazzjoni?’ diskussjoni organizzata mill-Fondazzjoni OASI li saret fil-Grand Hotel, l-Imġarr, Għawdex.
Tul din id-diskussjoni, is-Segretarju Parlamentari tkellmet fuq il-ħtieġa li wieħed għandu jkun iżjed sensittiv fuq is-setturi tal-qasam soċjali. Hija sostniet li hemm bżonn ta’ iżjed kollaborazzjoni bejn l-istakeholders ikkonċernati f’dawn l-oqsma, biex flimkien jiġbdu ħabel wieħed u jaħdmu għal għan wieħed.
Fil-konklużjoni tagħha, is-Segretarju Parlamentari faħħret il-ħidma eżemplari tal-Fondazzjoni OASI f’dan il-qasam u inkoraġġiethom biex jibqgħu għaddejjin bil-ħidma tagħhom fil-futur.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041