SKOPRI T-TALENT TIEGĦEK
Ħamsa u erbgħin finalist minn 14–il skola primarja f’Għawdex ġew ippreżentati b’diplomi u ċertifikati. Madwar 240 student ipparteċipaw fl-iskema ‘Skopri t-talent tiegħek’. Dawn l-istudenti ppreżentaw l-ideat tagħhom permezz ta’ tpinġijiet mifruxa fuq tliet temi: Il-Ferħ tal-Milied, Żmien il-Għid u s-Sbuħija tas-Sajf. Finalment l-istudenti li laħqu l-livell meħtieġ ingħataw diploma u ċertifikati.
Din l-attivita’, l-għoti ta’ diplomi u ċertifikati, saret fiċ-Ċentru tal-Arti li jinsab fic-Ċittadella. Julie Azzopardi mill-iskola Primarja tal-Għarb ġiet fl-ewwel post waqt li Clarice Zammit mill-iskola primarja St. Francis u Kurt Theuma, minn Santa Tereża ġew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.
Ġew ippreżentati d-diplomi u ċ-ċertifikati fil-preżenża ta’ numru sabiħ ta’ Kapijiet/Assistenti Kapijiet ta’ skejjel, għalliema, studenti u ġenituri. Lejn tmiem ic-ċerimonja, Manuel Grima, Segretarju tal-Kunsill tal-Kultura f’Għawdex, ħabbar li dawn il-finalisti se jkollhom ħarġa edukattiva f’Malta fejn anke se jiltaqgħu mal-President ta’ Malta.
Guido Vella, Ċermen tal-Kunsill tal-Kultura, irringrazzja lill-Kapijiet tal-iskejjel u lill-istudenti talli ħadu sehem f’din l-iskema u awguralhom għas-sena d-dieħla.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041