Left arrow Go Back

L-IMPJIEGI F’PAJJIŻNA GĦADHOM QED JIŻDIEDU

pr141440
Date Icon 26/06/2014

Iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar l-impjiegi jagħtu stampa ċara ta’ kif l-ekonomija f’pajjiżna qegħda fid-direzzjoni t-tajba.                            

Skont il-Labour Force Survey ippublikat illum, bejn Jannar sa Marzu 2014, ir-rata tal-qgħad f’Malta kienet ta’ 6%, kontra l-11% fl-Unjoni Ewropea. Dan ir-riżultat jikkonferma li r-rata tal-qgħad f’pajjiżna baqgħet stabbli, u b’differenza milli tgħid l-Oppożizzjoni, ma żdieditx taħt din l-amministrazzjoni.

Fil-fatt, l-istatistika tindika ċar kemm kienu ‘l boghod mill-verità l-istqarrijiet tal-Oppożizzjoni li l-qgħad f’Malta laħaq ir-rata ta’ 7%. L-aħħar li ġiet reġistrata din iċ-ċifra f’Malta kien fl-2010 taħt l-amministrazzjoni preċedenti.

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jikkonferma li tul l-ewwel sena ta’ din l-amministrazzjoni kien hemm żieda qawwija fl-impjiegi. Li r-rata ta’ tkabbir ta’ impjiegi telgħet għal 1.9%, tfisser li għal kull persuna aktar li qed tfittex ix-xogħol, pajjiżna llum għandu 13-il persuna aktar taħdem.

Fost is-setturi li żiedu l-impjiegi kien hemm il-kostruzzjoni u l-manifattura li, fi snin passati, raw telf konsiderevoli ta’ impjiegi. Huwa ta’ sodisfazzjon wkoll li l-maġġoranza taż-żieda fl-impjiegi kienet f’dawk full-time kontra snin li għaddew fejn kienu jkunu l-impjiegi part-time li jiżdiedu l-aktar.

Iż-żieda fl-impjiegi hija l-aqwa sinjal tal-kunfidenza ekonomika għolja li hawn f'pajjiżna. Bil-miżuri li wettaq, u li se jkompli jwettaq fix-xhur li ġejjin fosthom it-tnaqqis tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma għall-industrija, il-Gvern qed jimpenja ruħu li, b’enerġija, jkompli jmexxi lil dan il-pajjiż ‘il quddiem, b’ritmu pożittiv ta’ tkabbir ekonomiku li jissarraf f’kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow