IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JUSTYNE CARUANA TATTENDI GĦALL-KONFERENZA DWAR L-INKLUŻJONI SOĊJALI GĦALL-PERSUNI LI JBATU MINN CHALLENGING BEHAVIOUR
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Dr Justyne Caruana illum attendiet għall-konferenza organizzata mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità dwar l-inklużjoni soċjali għall-persuni li jbatu minn challenging behaviour.
Justyne Carauna bdiet id-diskors tagħha billi ferħet lill-Kummissjoni ta’ din l-inizjattiva tant importanti għaliex irridu inħarsu lejn l-aspetti kollha li jimpedixxu lil kull persuna milli tagħmel dan. Qalet li persuni li ghandhom challenging behaviour huma kategorija ta’ persuni li huma aktar vulnerabbli u suxxettibbli għall-eskluzjoni minħabba it-tip ta’ mġieba u l-effetti konsegwenzjali tagħha.
Is-Segretarju Parlamentari qalet li sfortunatament ma tħossx li f’pajjiżna għandna nies b’għarfien biżżejjed biex nikkumbattu problemi ta’ din l-imġieba. Iddikjarat li ma taqbilx li dawn il-persuni għandhom jispiċċaw go istituzzjoni bħal Mount Carmel jew YPU minħabba li wieħed ma jkollux post fejn iżommhom jew għax inkunu qtajna qalbna minnhom. Ħabbret li l-Gvern ser ikun qiegħed jikkumbatti din is-sitwazzjoni u għalhekk il-ġimgha l-oħra ġie konkluż ftehim li bis-saħħa tiegħu ser jinħarġu iżjed persuni b’diżabilità fil-komunità. Żiedet tgħid li t-taħriġ fil-qasam tad-diżabilità huwa kruċjali, u għalhekk is-Segretarjat Parlamentari applika għall-Fondi Ewropej biex jingħata taħriġ intensiv fl-Università ta’ Malta, MCAST u Universitajiet barranin.
Dr Caruana semmiet ukoll il-ftehim li sar mal-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura Joe Mizzi li permezz tiegħu ser isiru xogħlijiet estensivi fiċ-Ċentri tal-Matul il-Jum minn ħaddiema tal-Gvern stess. Ħabbret ukoll numri ta’ inizjattivi ġodda fosthom:
1. Li l-Guardianship Board ser jibda jaħdem fi ftit granet oħra u sar ix-xogħol fuq l-premises li ser ikunu fil-bini tal-aġenzija Sapport stess f'Santa Venera
2. Li bdiet il-ħidma fid-djar residenjzali għall-persuni b'diżabiltà fejn ser jibdew ix-xogħlijet fuq l-ewwel dar fis-Siġġiewi fil-gimgħat li ġejjin biex sa l-aħħar tas-sena jkollna l-ewwel residenti. Ġew ukoll identifikati diversi proprjetajiet oħra, waħda minnhom f’San Ġiljan li bħalissa qed jiġu studjati mill-periti, u jekk jinstabu li huma addattati ser jibdew ix-xogħlijiet fuqhom din is-sena stess;
3. Li il-Ġimgħa l-oħra ġie ukoll konkluż arranġament mas-Salezjani fuq programm ta’ independent living għall-persuni b'diżabilità li ser jitħaddem fuq kunċett interessanti u elaborate;
4. Ser jibda il-proċess ta' rinovazzjoni sħiħa tal-KNPD u reviżjoni komprensiva tal-liġi dwar l-opportunitajiet indaqs;
5. Ġie mwaqqaf National Focal Point għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-persuni b' Diżabilità u apparti r-rapport li bħala pajjiz irid jissottometti lill-ġnus magħquda għaddej xogħol fuq National Action Plan għall-implimentazzjoni tal-konvenzjoni. Ġiet ukoll identifikata persuna minn kull ministeru biex ikollha ħidma kkordinata u ffukata;
6. Ġiet sottomessa proposta biex jiġi attakkat il-qasam tal-impjieg għall-persuni b'diżabiltà u għaddejjn ukoll taħdidiet mal-ETC. F’Għawdex ukoll bdiet il l-ħidma f’dan il-qasam u mistennija li jkun hemm konferma dwar l-ewwel placement fil-ġranet li ġejjin;
7. Fi ftit ġimgħat oħra ser jinfetaħ KNPD Desk ġewwa Għawdex u bħalissa għaddejjin negozjati biex ikollna l-ewwel Dar Residenzjali f'Għawdex flimkien ma’ servizzi oħrajn li ser jibdew jingħataw fil-gzira Għawdxija għall-ewwel darba.
8. Dalwaqt ukoll ser ikun hemm sistema ta' trusts u ser ikun hemm trusts desk f-uffiċini tal-KNPD stess.
9. Bħalissa wkoll għaddejjin taħdidiet biex il-KNPD tiġi mogħtija bini iktar aċċessibbli u modern.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041