Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJI PARLAMENTARI CHRIS AGIUS U IAN BORG JINAWGURAW L-MCAST EXPO 2014

pr141434
Date Icon 25/06/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius kienu t-tnejn preżenti għall-ftuħ uffiċjali tal-MCAST Expo 2014, flimkien mac-Chairman tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST Dr Silvio De Bono u l-Prinċipal tal-Kulleġġ Stephen Cachia. L-MCAST Expo hija esibizzjoni li fiha l-istudenti mill-10 istituzzjonijiet tal-Kulleġġ jesibixxu x-xogħlijiet tagħhom, kif ukoll l-intraprizi jingħaqdu mal-MCAST biex juru x’għandhom joffru lill-istudenti.  Waqt li tkun miftuħa l-esibizzjoni, studenti mill-iskejjel tal-istat u l-pubbliku inġenerali jistgħu jattendu sabiex ikunu aktar informati dwar il-korsijiet offruti mill-MCAST għas-sena skolastika l-ġdida.  Din hija ta’ serħan il-moħħ speċjalment għal dawk l-istudenti li spiċċaw il-ħames sena tas-sekondarja sabiex iduqu ftit minn dak li joffru d-diversi kulleġġi tal-MCAST.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza Ewropea 2017 u l-Fondi Ewropej, Ian Borg, qal li fil-programm finanzjarju 2007-2013, l-MCAST ibbenefikat minn madwar €32 miljun sabiex tkompli tinvesti fit-taħriġ tal-istudenti u l-istaff li ta’ kuljum jattendu dan il-kampus. Dan l-investiment fisser li madwar 6,000 persuna ngħataw taħriġ f’diversi oqsma differenti.

Is-Segretarju Parlamentari kompla jgħid li l-Fond Soċjali Ewropew 2014-2020 għandu budget ta’ €132 miljun u l-MCAST mistennija tkun waħda mill-benefiċċjarji ewlenin ta’ dan il-fond ħalli tkun tista’ tkompli tinvesti fil-bniedem li huwa l-aktar riżorsa importanti għal pajjiżna.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport, Chris Agius, qal li fil-passat kellna mismatch fejn jidħlu korsijiet u xogħlijiet.  Kemm-il darba l-istudenti speċjaliżżaw f’suġġetti li mbagħad ma kienux utli għall-karriera tagħhom.  Madanakollu, saħaq li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta tal-futur u tkellem dwar l-importanza li titgħallem għaliex l-għarfien iġagħlek tkun intiż dwar dak li qed jiġri madwarek.  L-edukazzjoni u l-għarfien huma għodda biex wieħed ikun għani. 
Is-Segretarju Parlamentari semma’ wkoll kemm hu importanti li s-settur tal-industrija u dak tal-edukazzjoni jaħdmu flimkien, fejn l-industrija għandha toffri esperjenzi liż-żgħażagħ u tressaqhom aktar lejn ir-realtà tal-post tax-xogħol.  

L-MCAST Expo ser tkun miftuħa mill-25 sat-28 ta’ Ġunju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow