L-IBM TAGĦMEL UŻU MILL-MITA INNOVATION HUB - “KOMMESSI LI NAGĦMLU MINN SMART CITY PROĠETT NAZZJONALI” – IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI DR. JOSE’ HERRERA
Aktar kmieni llum, is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kompettivita’ u t-Tkabbir Ekonomiku, Dr. Jose’ Herrera indirizza l-ewwel attivita’ organizzata fl-Innovation Hub tal-MITA fi Smart City. F’din l-ewwel attivita’, l-kumpanija IBM flimkien mal-MITA organizzaw l-ewwel forum għal start-ups, bejjiegħa ta’ software u żviluppaturi interessati li jibdew opportunitajiet ġodda ta’ negozju.
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern irid jagħmel minn Smart City proġett nazzjonali biex ikattar il-potenzjal u s-suċċess li l-pajjiż irid jagħmel fl-ICT. Bis-saħħa tal-MITA Innovation HUB, Malta għandha l-potenzjal li tkun hub ta’ innnovazzjoni u soluzzjonijiet. L-għazla li dan il-hub jitpoġġa fi Smart City huwa turija ta’ Gvern li jemmen f’dan il-proġett u li jrid illi l-proġett jitwettaq.
Is-Segretarju Parlamentari qal li biex jikbru u jsostnu l-operat tagħhom, kumpaniji tal-ICT f’pajjiżna ma jistgħux jistrieħu biss fuq is-suq lokali imma jridu jimirħu fuq is-suq globali.
Għalhekk il-Gvern, tenna s-Segretarju Parlamentari, qed jagħmel dak kollu possibli biex jgħin f’dan it-tkabbir u espansjoni. “L-Innovation HUB tal-MITA għandu l-għan prinċipali li jassisti lill-industrija lokali f’din il-missjoni”, tenna s-Segretarju Parlamentari.
Meta kien qed jindirizza lill-parteċipanti li hadu sehem f’dan il-forum, Jose’ Herrera qal li r-relazzjoni bejn il-MITA u l-IBM hija ezempju haj ta’ kif kumpaniji multi-nazzjonali jistgħu jipprovdu riżorsi u pariri tekniċi li jghinu lit-talent lokali.
Ufficjali tal-IBM li bhalissa jinsabu Malta qalu li dak li qed jagħmlu bħalissa huwa turija ta’ kemm il-kumpanija lesta li tinfetah ghall-imprenditur lokali biex dan ikun jista’ jimraħ u jikber.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041