Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA, SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI IĦABBAR AKTAR BAJJIET ANIMAL FRIENDLY

pr141431
Date Icon 25/06/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali,  Roderick Galdes ħabbar ħames żoni tal-għawm għall-klieb. F’dawn iż-żoni, s-sidien tal-klieb jistgħu jieħdu l-klieb tagħhom għall-għawm.

Dawn iż-żoni tal-għawm tal-klieb huma waħda mill-miri importanti tal-Gvern fil-qasam tat-trattament xieraq tal-annimali. Permezz tat-tnedija ta’ din l-inizjattiva, l-Gvern qiegħed iwettaq wegħda oħra favur id-drittijiet tal-annimali fejn is-sidien ta’ klieb ikunu jistgħu jgawdu l-baħar flimkien mal-klieb tagħhom matul ix-xhur sħan tas-sajf.

Il-pubbliku huwa mfakkar li waqt li f’dawn iż-żoni tal-għawm wieħed jista’ jieħu l-kelb tiegħu, dawn iż-żoni jibqgħu postijiet pubbliċi fejn anki l-pubbliku jinżel jgħum. Għaldaqstant is-sidien tal-klieb qed jiġu mfakkra li l-klieb għandhom jinżammu l-ħin kollu biċ-ċinga sakemm dawn jitniżżlu l-baħar.

Is-sidien għandhom iġorru boroż fuqhom biex jekk il-klieb tagħhom iħammġu, il-ħmieġ jinġabar minnufih u jiddisponu minnu f’bins li tpoġġew f’dawn iż-żoni. Huwa ferm importanti li s-sidien iżommu l-klieb tagħhom il-ħin kollu taħt osservazzjoni u kontroll biex ma joħolqux inkonvenjent lill-pubbliku. Dawn iż-żoni ser ikunu wkoll immonitorjati regolarment għall-kwalita’ tal-ilma.

Iż-żoni tal-għawm għall-klieb huma dawn li ġejjin:
• Mellieħa: il-bajja tat-Torri l-Abjad
• Kalkara: il-bajja tar-Rinella
• Selmun: il-bajja tal-Imġiebaħ
• Marsascala: il-bajja ta’ Wied il-Għajn u Żonqor Point
• Għawdex: il-bajja ta’ Daħlet l-Imġarr ix-Xini

Il-bajjiet l-oħra huma:
• Baħar ic-Ċagħaq (Kosta ta’wara il-Kumpless Splash and Fun)
• Sliema: Tigne Point
• Marsaxlokk: Quddiem (Xatt is-Sajjieda/Triq Wilġa)
• Għawdex: Żebbuġ: Kosta ta’ Quddiem Triq il-Batterija (Maġemb il-Bajja ta’ Xwejni)
• Mellieħa: Daħlet ix-Xmajjar (Aħrax)

Is-Seġretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jixtieq jirringrazzja lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, lill-Kunsilli Lokali rispettivi, kif ukoll lill-Ministeru għal Għawdex  li ħadmu id f’id mad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi biex ġew identifikati dawn iż-żoni tal-għawm għall-klieb.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow