VJAĠĠAR MINGĦAJR VIŻA LEJN IL-MONGOLJA GĦAL TURISTI MALTIN
Fit-12 ta’ Ġunju 2014, il-Kabinett tal-Gvern Mongoljan għadda riżoluzzjoni biex jippermetti turisti minn 42 pajjiżi fl-Afrika, fl-Ewropa u fl-Amerika Latina, fosthom Malta biex jivvjaġġaw lejn il-Mongolja minghajr viża matul is-snin 2014-2015.
Il-Mongolja tinsab ħerqana biex tattratta turisti barranin, u MIAT – Mongolian Airlines riċentament espandiet ir-rotot tagħha lejn l-Ewropa billi introduċiet titjiriet diretti lejn Pariġi u Frankfurt biex iżżid mat-titjiriet eżistenti lejn Berlin u Moska. L-Ambaxxatur Malti għall-Mongolja, Clifford Borg-Marks, laqa’ l-miżura tal-Gvern Mongoljan li tagħti aċċess mingħajr viża lil ċttadini Maltin, u esprima t-tamali din il-miżura twassal għal tkattir fir-relazzjonijiet bejn il-poplu Malti u dak Mongoljan. Qal, “Il-Mongolja, bħala pajjiż mingħajr baħar, b’popolazzjoni nomadika indaqqsa, b’kultura etnika rikka u bil-pjanuri mħaddra vasti tagħha, hemm mnejn tkun destinazzjoni eżotika għat-turist Malti.”
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041