Left arrow Go Back

VJAĠĠAR MINGĦAJR VIŻA LEJN IL-MONGOLJA GĦAL TURISTI MALTIN

pr141429mt
Date Icon 25/06/2014

Fit-12 ta’ Ġunju 2014, il-Kabinett tal-Gvern Mongoljan għadda riżoluzzjoni biex jippermetti turisti minn 42 pajjiżi fl-Afrika, fl-Ewropa u fl-Amerika Latina, fosthom Malta biex  jivvjaġġaw lejn il-Mongolja minghajr viża matul is-snin 2014-2015. 

Il-Mongolja tinsab ħerqana biex tattratta turisti barranin, u MIAT – Mongolian Airlines riċentament espandiet ir-rotot tagħha lejn l-Ewropa billi introduċiet titjiriet diretti lejn Pariġi u Frankfurt biex iżżid mat-titjiriet eżistenti lejn Berlin u Moska. L-Ambaxxatur Malti għall-Mongolja, Clifford Borg-Marks, laqa’ l-miżura tal-Gvern Mongoljan li tagħti aċċess mingħajr viża lil ċttadini Maltin, u esprima t-tamali din il-miżura twassal għal tkattir fir-relazzjonijiet bejn il-poplu Malti u dak Mongoljan.  Qal, “Il-Mongolja, bħala pajjiż mingħajr baħar, b’popolazzjoni nomadika indaqqsa, b’kultura etnika rikka u bil-pjanuri mħaddra vasti tagħha, hemm mnejn tkun destinazzjoni eżotika għat-turist Malti.”

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow