Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr141425
Date Icon 24/06/2014

Ilbieraħ stess il-Gvern qal li m’għandu l-ebda problema biex jiddiskuti  il-kwistjoni li tinvolvi punt legali bejn il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u  l-Uffiċċju tal-Ombudsman.

Wieħed mill-elementi ewlenin fid-demokrazija huwa dak tac-checks and balances, jiġifieri li istituzzjoni tkun tista’ tikkontesta istituzzjoni oħra fuq punti legali.

Dan il-ministeru, b’rispett sħiħ lejn l-istituzzjoni tal-Ombudsman, jemmen illi t-teżi tiegħu hija imsaħħa b’dak li qed tgħid il-ligi. L-Oppożizzjoni s’issa m’urietx il-poplu għaliex dak li qed jgħid il-Ministru Manuel Mallia fuq il-liġi huwa skorett.

Minkejja dan il-Ministru ma jsib l-ebda oġġezzjoni biex issir diskussjoni fil-Parlament, anzi jixtieq li din id-diskussjoni sseħħ biex kull dubju jiġi kjarifikat.

Kontra għal kif qed tingħata l-impressjoni mill-Oppożizzjoni, ser jibdew diskussjonijiet fil-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra biex tinstab data meta din id-diskussjoni issir.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow