Left arrow Mur Lura

ŻEWĠ KUMPANIJI MALTIN REBBIEĦA TA’ PREMJI PRESTIĠJUŻI F'LONDRA

pr141422mt
Date Icon 24/06/2014

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-industrija tal-logħob José Herrera laqa’ fl-uffiċċju tiegħu żewġ kumpaniji Maltin li rebħu żewġ premijiet prestiġjużi tal-iGaming. L-eGR B2B Awards saru f’The Pavillion ġewwa t-Tower of London.

Fost ir-rebbieħa Maltin kien hemm il-kumpaniji Bit8 u l-WH Partners li rebħu l-premji tal-aqwa “Software Rising Star of the Year” u “Corporate Services Provider of the Year”. Dawn iż-żewġ kumpaniji jipprovdu servizzi lill-industrija tal-online gaming.

Is-Segretarju Parlamentari qal li dan ir-riżultat prestiġjuż ta’ premji daqstant importanti huwa turija li t-talent Malti kapaċi jikkompeti lokalment u internazzjonalment. Il-Kumpaniji Bit 8 u WH Partners ġew rikonoxxuti għax f’ħidmithom kienu innovattivi u professjonali, qal is-Segretarju Parlamentari. Dawn, flimkien mal-eċċelenza, il-kwalità u l-investiment huma l-ingredjenti prinċipali li l-Gvern irid li jiġu premjati għaliex jipprovdu lil pajjiżna l-cutting edge tant meħtieġa biex inkomplu nikkompetu b’suċċess fid-dinja globalizzata ta’ madwarna.

Ir-riżultati fl-eGR Awards 2014 juru l-importanza li din l-industrija għandha fil-kuntest lokali. “Jien bħala l-politiku responsabbli mill-industrija ser nara li permezz ta’ qafas leġislattiv aktar b’saħħtu din l-industrija tkompli tikber b’mod responsabbli”, tenna s-Segretarju Parlamentari.

Is-Segretarju Parlamentari qal li dak li qabel kien meqjus bħala niċċa, illum il-ġurnata sar fulkru t’ eċċellenza. Fil-laqgħa, li għaliha kien hemm preżenti iċ-Chairman Eżekuttiv tal-LGA s-Sur Joseph Cuschieri, is-Segretarju Parlamentari José Herrera ħabbar li se jsir programm estensiv ta’ outreach lejn pajjiżi oħra sabiex pajjiżna jiġbed lejh aktar investiment filwaqt li jkun hemm skrutinju tal-leġislazzjoni Ewropea.

Angelo Dalli minn Bit8, li rebħu l-premju “Software Rising Star of the Year”, spjega kif il-kumpanija, li ilha tiffunzjona erba’ snin, hija immirata lejn innovazzjoni fis-settur tal-gaming u timpjega nies li għandhom esperjenza fl-inġinerija, teknoloġija, informatika u kompjuter. James Scicluna u Olga Finkel minn WH Partners, li rebħu l-premju “Corporate Services Provider of the Year” faħħru lil pajjiżna għaliex kapaċi joffri qafas neċessarju f’dan is-settur.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow