Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr141421
Date Icon 24/06/2014

Appell lill-mexxejja tad-dinja biex jieqfu kontra l-inġustizzji

Waqt riċeviment fl-okkażjoni tal-Jum Nazzjonali tal-Eġittu, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca appellat lill-mexxejja tad-dinja jieqfu kontra l-inġustizzji li qed jinħolqu.

Il-President Coleiro Preca uriet solidarjetà man-nisa li qed jiġu ippersigwitati f’kunflitti b’mod partikolari fl-Afrika u fl-Asja.

Spjegat kif in-nisa u l-ommijiet jistgħu jkunu l-vuċi għal dawk li qed isofru mill-inġustizzji.

Qalet li irrispettivament mill-kultura, razza jew reliġjon l-umanità għandhom ikollhom id-dritt tal-ħajja.

Il-President Coleiro Preca semmiet is-sitwazzjoni politika fl-Eġittu u kif Malta se tibqa’ impenjata biex tagħti l-appoġġ tagħha lil kull inizzjattiva meħuda mill-Gvern Eġizzjan favur l-istabbilità politika, it-tisħiħ tad-demokrazija u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-President qed tħares ‘l quddiem li ż-żewġ pajjiżi jilħqu l-potenzjal fis-settur turistiku.

Spjegat kif dan jista’ jseħħ permezz tar-ritorn fit-titjiriet diretti mill-Eġittu lejn Malta.

Il-President Coleiro Preca qalet li pajjiżna jinsab kommess li jkompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali mal-Eġittu.

Sostniet li dan jista’ jseħħ permezz ta’ skambji edukattivi fi ħdan l-Akkademja Mediterranja għall-Istudji Diplomatiċi u fi ħdan l-Istitut Internazzjonali tal-Liġi Marittima.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow