Left arrow Mur Lura

IT-TIENI WORKSHOP TAL-SWMED F’GĦAWDEX

pr141420
Date Icon 24/06/2014

Il-proġett SWMED (Sustainable Domestic Water Use in Mediterranean Regions) huwa kofinanżjat mill-Unjoni Ewropea u l-Ministeru għal Għawdex huwa wieħed mis-seba' reġjuni Mediterranji msieħba fil-proġett li fih jinkludi reġjuni Ewropej, mill-Lvant Nofsani u mill-Afrika ta’ Fuq.

Huwa fatt li l-maġġoranza tal-pajjiżi ta’ madwar il-Mediterran, speċjalment tan-nofsinhar tal-Mediterran, għandhom problema ta’ nuqqas ta’ ilma li qed tiżdied iktar ma jgħaddi ż-żmien u għalhekk proġetti li jindirizzaw din il-problema huma mportanti ħafna. Bħalissa għaddej ukoll proċess ta’ konsultazzjoni nazzjonali mill-gvern preżenti biex titfassal strateġija tal-konservazzjoni tal-ilma u żgur li dan il-workshop ħa jagħti kontribut siewi għat-tfassil ta’ din l-istrateġija.

Il-proġett SWMED hu proġett pilota u ser iservi biex jipprovdi l-esperjenza neċessarja fil-qasam tal-użu effiċjenti tal-ilma. B’hekk igawdi l-pajjiż u jgawdu wkoll il-familji Għawdxin billi jkunu qed jużaw l-ilma b'mod iktar effiċjenti u għalhekk jaraw traħħis fil-kont tal-ilma.  Barra minn hekk dan il-proġett ser jgħin ukoll biex fuqu tissejjes kampanja favur l-użu effiċjenti tal-ilma mifruxa fuq Malta kollha.

Dan il-proġett jagħmel parti mill-viżjoni ekoGħawdex u huwa konformi mal-politika tal-Gvern li jara li r-riżorsi tal-pajjiż, speċjalment dawk naturali (u li għandna ftit minnhom), jintużaw b’galbu u b’mod intelliġenti. Il-Ministru qal li b’dan il-proġett qiegħed ukoll jitwettaq parti mill-programm elettorali mwiegħed minn dan il-Gvern; illi jkun hemm inizjattivi li jgħinu fil-konservazzjoni tal-ilma fuq livell domestiku.

Dr Christian Zammit, fl-assenza tal-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, saħaq li l-għan prinċipali ta’ dan il-workshop kien li jlaqqa’ l-partijiet konċernati kollha li b'xi mod jew ieħor għandhom rabta mal-użu effiċjenti tal-ilma. Dan  biex  joħorġu iktar ideat ta' kif nistgħu ntejbu din is-sitwazzjoni f'pajjiżna billi naħdmu flimkien biex finalment ingawdu aħna u l-ġenerazzjonijet ta’ warajna.

Preżenti għal dan il-workshop kien hemm diversi sindki, rappreżentati tal-Kunsilli Lokali, rappreżentanti tal-Korporazzjoni tal-Ilma, rappreżentanti tal-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa u diversi membri minn għaqdiet ambjentali. Indirizzaw ukoll dan il-workshop Anthony Zammit direttur ekoGħawdex, l-inġinier ta’ ekoGħawdex Joe Portelli, l-inġinier Marco Cremona u Manuel Sapiano.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow