IT-TIENI WORKSHOP TAL-SWMED F’GĦAWDEX
Il-proġett SWMED (Sustainable Domestic Water Use in Mediterranean Regions) huwa kofinanżjat mill-Unjoni Ewropea u l-Ministeru għal Għawdex huwa wieħed mis-seba' reġjuni Mediterranji msieħba fil-proġett li fih jinkludi reġjuni Ewropej, mill-Lvant Nofsani u mill-Afrika ta’ Fuq.
Huwa fatt li l-maġġoranza tal-pajjiżi ta’ madwar il-Mediterran, speċjalment tan-nofsinhar tal-Mediterran, għandhom problema ta’ nuqqas ta’ ilma li qed tiżdied iktar ma jgħaddi ż-żmien u għalhekk proġetti li jindirizzaw din il-problema huma mportanti ħafna. Bħalissa għaddej ukoll proċess ta’ konsultazzjoni nazzjonali mill-gvern preżenti biex titfassal strateġija tal-konservazzjoni tal-ilma u żgur li dan il-workshop ħa jagħti kontribut siewi għat-tfassil ta’ din l-istrateġija.
Il-proġett SWMED hu proġett pilota u ser iservi biex jipprovdi l-esperjenza neċessarja fil-qasam tal-użu effiċjenti tal-ilma. B’hekk igawdi l-pajjiż u jgawdu wkoll il-familji Għawdxin billi jkunu qed jużaw l-ilma b'mod iktar effiċjenti u għalhekk jaraw traħħis fil-kont tal-ilma. Barra minn hekk dan il-proġett ser jgħin ukoll biex fuqu tissejjes kampanja favur l-użu effiċjenti tal-ilma mifruxa fuq Malta kollha.
Dan il-proġett jagħmel parti mill-viżjoni ekoGħawdex u huwa konformi mal-politika tal-Gvern li jara li r-riżorsi tal-pajjiż, speċjalment dawk naturali (u li għandna ftit minnhom), jintużaw b’galbu u b’mod intelliġenti. Il-Ministru qal li b’dan il-proġett qiegħed ukoll jitwettaq parti mill-programm elettorali mwiegħed minn dan il-Gvern; illi jkun hemm inizjattivi li jgħinu fil-konservazzjoni tal-ilma fuq livell domestiku.
Dr Christian Zammit, fl-assenza tal-Ministru għal Għawdex, Anton Refalo, saħaq li l-għan prinċipali ta’ dan il-workshop kien li jlaqqa’ l-partijiet konċernati kollha li b'xi mod jew ieħor għandhom rabta mal-użu effiċjenti tal-ilma. Dan biex joħorġu iktar ideat ta' kif nistgħu ntejbu din is-sitwazzjoni f'pajjiżna billi naħdmu flimkien biex finalment ingawdu aħna u l-ġenerazzjonijet ta’ warajna.
Preżenti għal dan il-workshop kien hemm diversi sindki, rappreżentati tal-Kunsilli Lokali, rappreżentanti tal-Korporazzjoni tal-Ilma, rappreżentanti tal-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa u diversi membri minn għaqdiet ambjentali. Indirizzaw ukoll dan il-workshop Anthony Zammit direttur ekoGħawdex, l-inġinier ta’ ekoGħawdex Joe Portelli, l-inġinier Marco Cremona u Manuel Sapiano.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041