IL-PRESIDENT TAL-KUMITAT EWROPEW GĦALL-AFFARIJIET EKONOMIĊI U SOĊJALI HENRI MALOSSE F’LAQGĦA MAL-KUNSILL MALTI GĦALL-IŻVILUPP EKONOMIKU U SOĊJALI (MCESD)
L-immigrazzjoni, it-turiżmu u s-self mill-banek fuq l-aġenda tad-diskussjoni
Fl-ewwel jum taż-żjara tiegħu f’pajjiżna, il-President tal-Kumitat Ewropew għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali (EESC) Henri Malosse kellu laqgħa mal-imsieħba soċjali u s-soċjetà ċivili rappreżentati fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD).
F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta fi tmiem il-laqgħa, il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili Helena Dalli semmiet kif kienu trattati bosta temi fosthom l-immigrazzjoni, it-turiżmu, is-self mill-banek u l-impjiegi fost iż-żgħażagħ.
“Dawn huma temi topici li bhalissa qed ikunu diskussa anke fil-Kumitat Ewropew għall-Affarijijet Ekonomiċi u Soċjali” qalet Dr Dalli.
Il-Ministru Dalli żiedet tgħid li matul il-laqgħa ir-rappreżentanti mill-EESC kellhom l-opportunità li jisimgħu fuq dak li qed ikun diskuss fl-MCESD kif ukoll dwar temi li se jkunu qed jiġu diskussa fil-gejjini qrib.
Il-President tal-Kumitat Ewropew għall-Affarijijet Ekonomiċi u Soċjali Henri Malosse rrikonoxxa l-fatt li ċertu regolamenti Ewropej ma jistgħux ikunu applikati għal pajjiżi żgħar bħal Malta minħabba l-konsegweni li jista’ jkollhom fuq l-ekonomija.
Fost l-oħrajn semma l-kwistjoni tat-tassazzjoni fil-qasam finanzjarju u qal li filwaqt li jemmen li għandu jkun hemm konverġenza fiskali, jifhem u jaċċetta l-argumenti tal-Gvern Malti li jopponi din it-tip ta’ taxxa.
Dwar il-problema tal-immigrazzjoni, Malosse qal li din hija sfida kbira għal Malta filwaqt li ammetta li fl-aħħar għaxar snin, l-Unjoni Ewropea falliet milli tindirizza bis-serjeta din il-problema. Żied jgħid li jittama li tul il-presidenza Taljana, ikun hemm żviluppi konkreti li jwasslu għal soluzzjonijiet konkreti.
Sadanittant, tul il-laqgħa tal-MCESD, l-imsieħba soċjali qajmu l-kwistjoni tan-nuqqas t’appoġġ min-naħa tal-banek lejn impriżi żgħar u medji.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041