JINFETAĦ UFFIĊJALMENT IL-MEDICAL MATERIALS MANAGEMENT UNIT FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL WARA XOGĦOL TA’ RINOVAZZJONI
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, illum inawgurat uffiċjalment il-ftuħ tal-Medical Materials Management Unit ġewwa ir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Justyne Caruana qalet li x-xogħol f’dan il-Medical Materials Management Unit (MMMU) tlesta fil-ħin u fil-baġit stipulat, u għalhekk juri s-serjetà ta’ kif qiegħed jittieħed ix-xogħol ta’ rinovazjoni fir-Residenza. Żiedet tgħid li dan huwa proġett ieħor fost is-sensiela ta’ proġetti li l-Gvern għandu għal din ir-residenza tant importanti f’pajjizna. Tenniet tgħid li issa għandna unit li permezz tagħha ser inkunu effiċjenti u ser ikollna sistema ta’ audit trails biex nassiguraw li kull provvista ta’ medicini u ekkwipaggjament mediku inkunu nafu fejn hi, nassiguraw li tmur fejn hemm bżonn u fil-pront u nevitaw il-ħela.
Fakkret kif sa ftit xhur ilu l-inventarju f’San Vincenz De Paul ma kienx isir permezz ta’ sistema ta’ IT iżda kien isir manwalment u dan kien iwassal għal diversi nuqqasijiet fosthom hoarding ta’ mediċini fejn ma hemmx bżonnhom li mbagħad jirriżultaw f’nuqqas fejn hemm bżonn. Kompliet tgħid li mingħajr sistema komputerizzata dan l-audit trail ma setax isir, u allura issa permezz ta’ din il-Unit ser inkunu iktar cost effective.
“L-MMMU għalhekk mhux biss hija ġdida fid-dehra imma ser tfisser ukoll qabża ’l quddiem fil-kwalità tas-servizz, tal-Governanza tajba u amministrazzjoni tajba biex nutilizzaw ir-rizorsi li għandna aħjar, neliminaw il-ħela u anke abbuzi li jista’ jkun hemm” sostniet Justyne Caruana.
Is-Segretarju Parlamentari semmiet kif f’temp ta’ ftit xhur saru kambjamenti kbar ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul. Qalet li din ir-Residenza illum saret awtonoma b’baġit għaliha u allura jistgħu isiru pjanijiet aħjar. Semmiet li bħalissa għaddejjin xogħlijiet ta’ tisbiħ u manutenzjoni f’żewġ swali fir-Residenza San Vinċenz li ser jinbidlu minn swali antiki għal swali moderni u state of the art.
Justyne Caruana ikkonkludiet il-messaġġ tagħha billi qalet li dan il-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ biex jagħti attenzjoni partikolari lill-qasam tal-anzjani speċjalment fejn jidħlu servizzi residenzjali. Semmiet it-tnedija tal-karta tad-Drittijiet, u l-konsultazzjoni pubblika dwar l-Istandards għar-Residenzi għall-Anzjani. Żiedet tgħid li għaddejjin f’fażi li jitlestew il-pjanti għal proġett ieħor ta’ tisbieħ f’diversi swali, kif ukoll eżerċizzju biex jiġu miżjuda s-sodod fid-djar residenzjali tal-Gvern.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041