IL-MINISTRU BRINCAT JINDIRIZZA WORKSHOP BI TĦEJJIJA GĦAT-TWAQQIF TAL-AWTORITÀ TAL-AMBJENT
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat, dalgħodu indirizza Workshop bi tħejjija għat-twaqqif tal-Awtorità tal-Ambjent.
Meta kien qed jindirizza lill-managers li bħalissa qed imexxu d-Direttorat tal-Ambjent fi ħdan il-MEPA, il-Ministru Brincat qal li dan il-pass qed isir bħala parti mill-programm tal-Gvern preżenti sabiex il-qasma tal-MEPA ssir mingħajr skossi u biex l-ambjent Malti jkun ukoll imħares aħjar.
Huwa saħaq li l-proċess ta’ demerger beda u bħalissa tlestiet l-ewwel fażi tal-proġett fejn ġew identifikati l-proċessi interni u esterni ta’ dan id-Direttorat.
Il-Ministru Brincat tenna li f’dan il-proċess huwa meħtieġ li wieħed iżomm quddiem għajnejh li dan it-tibdil li jrid isir huwa wieħed strateġiku.
Huwa kompla li matul il-fażijiet li jmiss, kif diġà ġara fl-ewwel fażi, il-managers kollha flimkien ma’ oħrajn, se jkunu konsultati biex b’hekk ikun assigurat l-aħjar riżultat għall-ġid ta’ kullħadd.
Il-Ministru Brincat awgura li tissokta l-koperazzjoni bejn il-partijiet kollha, li hija tant meħtieġa biex dan il-proċess ikun suċċess.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll iċ-Chairman tal-MEPA s-Sur Vincent Cassar u s-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima, is-Sur Joseph Caruana. Il-Ministru Brincat irringrazzjahom it-tnejn għall-ħidma tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041