IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS AGIUS JIFRAĦ LIL NATHAN LEE XUEREB
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius illum għamel kuntatt permezz ta’ telefonata ma’ Nathan Lee Xuereb u l-kowċ tiegħu Jimmy Buġeja biex jifirħilhom wara r-rebħ tal-midalja tad-deheb tat-tiratur żgħażugħ fil-Junior Double Trap tal-Kampjonati Ewropej li saru fl-Ungerija.
Nathan Lee Xuereb laqat 28 minn 30 plattina fl-ewwel żewġ rawnds u straight perfett ta’ 30 fit tielet rawnd. Huwa laqat 26 plattina u 24 fir-raba’ u ħames rawnds biex għamel total ta’ 136 minn 150 plattina. B’dan ir-riżultat huwa kwalifika għas-semifinali flimkien ma’ sitt tiraturi oħra fejn laqat 26 minn 30, punteġġ eżatt daqs tlett tiraturi oħra, pero rebaħ shoot off biex kwalifika għall-midalja tad-deheb/fidda flimkien ma’ James Dedman tal-Gran Brittanja.
Fil-finali Nathan Lee Xuereb laqat 26 u Dedman 22 biex kien it-tiratur żgħażugħ Malti li rebaħ il-midalja tad-deheb.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041