Left arrow Mur Lura

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI CHRIS AGIUS JILTAQA' MAL-PARTEĊIPANTI TAL-MARATONA TAL-VOLLEYBALL

pr141409
Date Icon 22/06/2014

Fadal gimgħatejn biex is-skiet li ssoltu jsaltan fid-Dar tal-Providenza jinkiser bi ħsejjes differenti.  Ikun għaddej il-logħob tas-sitt edizzjoni tal-maratona tal-volleyball li ssir ta' kull sena b'risq id-dar tal-providenza.

F'din il-maratona jieħdu sehem 40 plejer li ġejjin minn oqsma diversi tal-ħajja, minn studenti sa ħaddiema  t'etajiet differenti.  Il-maratona hija mżewqa bi plejers li ilhom jipparteċipaw għal diversi snin u oħrajn li għalihom din ser tkun l-ewwel esperjenza.  Minbarra hekk uħud mill-parteċipanti jilagħbu fuq bażi regolari ma' xi klabb filwaqt li oħrajn jieħdu dan l-isport bħala passatemp.

It-taħriġ ilu li beda seba' ġimgħat qabel il-maratona u jkun tliet darbiet f'ġimgħa, b'kull sessjoni tkun twila tliet sigħat.  Madanakollu l-fulkru tat-taħrig ikun l-24 siegħa mini-maratona li ssir gimgħatejn qabel fejn għal 24 siegħa l-plejers jitħarrġu u jduqu ftit minn dak li  jkunu ser jgħaddu minnu fil-maratona propja fosthom l-għejja u s-sħana tax-xemx.

Żar dan it-taħrig speċjalizzat is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius li ltaqa' mal-parteċipanti u organizzaturi u awguralhom għal din l-esperjenza. Huwa aċċenna għas-sodisfazjon li jagħtik il-volontarjat u l-importanza li kulħadd speċjalment iż-żgħażagħ jużaw il-ħin liberu tagħhom biex jgħinu nies fil-bżonn.  Waqt iż-żjara tiegħu is-Segretarju Parlamentari ltaqa ma' Fr Martin u ħaddiema oħra tad-dar tal-providenza u magħhom iddiskuta r-rwol importanti li djar bħal din għandhom fis-soċjetà Maltija.

Il-maratona tal-volleyball ta' din is-sena ser issir fid-Dar tal-Providenza s-Siggiewi bejn l-4 u 6 ta' Lulju.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow