Left arrow Mur Lura

SPIĊĊA Ż-ŻMIEN LI L-GWARDJANI LOKALI JIBQGĦU BISS MAGNI TAĊ-ĊITAZZJONIJIET

pr141408
Date Icon 21/06/2014

“Bħala gvern nemmnu li l-gwardjani lokali għandhom jiddiversifikaw il-ħidma tagħhom u mhux jispiċċaw magni taċ-ċitazzjonijiet tat-traffiku biss.”

Kien dan il-messaġġ ewlieni li għadda s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Gvern Lokali Stefan Buontempo dalgħodu waqt laqgħa għall-kunsilliera Maltin u Għawdxin kollha li ġiet organizzata mill-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali.

Sostna wkoll li hemm bżonn gwardjani lokali li jedukaw u gwardjani lokali li jaħdmu favur il-ħarsien ambjentali fil-lokalitajiet tagħna.  Fost il-proposti li ser ikunu qed jitmexxew il-quddiem hemm dik li l-gwardjani lokali jibdew jirregolaw is-swieq fil-beraħ sabiex b’hekk jitneħħa piz żejjed minn fuq il-kunsilli lokali.

Buontempo tkellem wkoll fuq proġett ġdid li qed jaħdem fuqu s-segretarjat tiegħu b’rabta ma’ sistema ta’ customer care bejn il-kunsilli lokali u l-entitajiet tal-gvern sabiex b’hekk il-gvernijiet lokali tagħna jsiru ferm aktar effiċjenti.

Is-Segretarju Parlamentari elenka wkoll uħud mis-suċċessi ta' dan il-gvern fosthom id-dritt tal-vot għaż-żgħażagħ ta’ 16-il sena u l-ħatra tal-ambaxxaturi taż-żgħażagħ fil-lokalitajiet kollha, żewġ miżuri li kienu jiffurmaw parti mill-programm elettorali tal-Partit Laburista.

Buontempo saħaq li t-target ewlieni ta' dan il-gvern huwa dak li jkollna kunsilli lokali aktar effettivi u kunsilli lokali aktar viċin in-nies.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

Aktar Stqarrijiet Right arrow