Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU

pr141405
Date Icon 21/06/2014

Il-Prim Ministru, Joseph Muscat illum ħa sehem f’ laqgħa bejn Prim Ministri u mexxejja Soċjalisti Demokratiċi minn 10 pajjiżi Ewropej.  Il-laqgħa saret f’ Pariġi fuq stedina tal-President Franċiż, Francois Hollande.

Matul din il-laqgħa kien diskuss fid-dettal il-programm tal-Kummissjoni Ewropea li jmiss, fejn fost il-prioritajiet se jkun hemm il-ħolqien tax-xogħol, l-enerġija u politika komuni dwar l-immigrazzjoni.  Kien hemm qbil fuq dawn it-tlett oqsma li għal Malta huma kruċjali.

Intqal ukoll li filwaqt li wieħed ma jarax lok għal bidla fit-trattati, hemm lok ta’ flessibiltà fil-mod ta’ kif ikunu meqjusa r-regoli Ewropej dwar finanzi.

Il-Prim Ministru Malti insista li filwaqt li hemm bżonn li tinżamm id-dixxiplina finanzjarja u li Malta hija fil-linja tar-regoli, hemm lok ta’ aktar flessibiltà biex ikun hemm aktar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa.

Ġew diskussi wkoll nomini għall-pożizzjonijiet ewlenin, fejn minbarra l-qbil dwar il-ħatra ta’ Jean Claude Juncker għall-President tal-Kummissjoni Ewropea u dik ta’ Martin Schulz għall-President tal-Parlament Ewropew, il-mexxejja Soċjalisti Demokratiċi se jkunu qed jipproponu ismijiet għall-pożizzjonijiet oħra fosthom, il-President tal-Kunsill u Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow