Left arrow Go Back

TQASSIM TA’ FONDI MILL-URBAN IMPROVEMENT FUND (UIF) LIL SITT KUNSILLI LOKALI

pr141402
Date Icon 20/06/2014

Waqt attività li saret għat-tqassim ta’ fondi mill-Urban Improvement Fund (UIF) lil sitt Kunsilli Lokali, is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u Simplifikazzjoni, Dr Michael Falzon, saħaq illi dan il-fond qed iservi, mhux biss sabiex jissebbaħ l-ambjent ta’ madwarna, iżda qed tittejjeb ukoll il-kwalità tal-ħajja tal-ibliet u l-irħula tagħna.

Dr Falzon semma kif s’issa ġew imqassma kważi mad-9 miljun ewro mill-MEPA lill-Kunsilli Lokali taħt l-iskema tal-UIF. Ħafna mill-fondi ġew imqassma fi proġetti ta’ titjib u tisbiħ ta’ ħafna playgrounds, tibdil fis-sistema tad-dwal fit-toroq għal dik energy saving, pavimentar ta’ sqaqien fl-irħula Maltin, kif ukoll xogħlijiet ta’ tisbiħ f’ħafna ġonna. Dawn kollha huma proġetti li jrendu u jgħollu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Dr Falzon saħaq li hija inkoraġġanti wkoll meta tara li ċerti kunsilli lokali qed jagħmlu diversi proġetti fil-lokalità tagħhom permezz tal-fondi tal-UIF. Eżempju ta’ dan huma l-introduzzjoni tal-outdoor fitness equipment fil-ġonna pubbliċi.

Is-Segretarju Parlamentari ikkonkluda billi qal, li l-Gvern flimkien mal-MEPA se jkomplu jinvestu sabiex ikomplu jsaħħu r-relazzjoni mal-kunsilli lokali billi jagħtuhom spazju akbar fil-kontribut lejn il-ħarsien tal-ambjent tagħna. Huwa rringrazzja lill-kumitat ta’ dan il-fond li qiegħed jaħdem biex jiżgura li l-kunsilli lokali jirċievu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ sabiex ikomplu jimplimentaw aktar proġetti favur ir-residenti, bl-enfasi tkun fuq proġetti ta’ ċertu serjetà u titjib fil-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna.

Huwa qal ukoll, illi dan il-fond huwa eżempju ħaj ta’ eżerċizzju ta’ solidarjetà bejn id-diversi stakeholders fis-soċjetà tagħna.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow