ŻJARA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAD-DRITTIJIET TA’ PERSUNI B’DIŻABILITÀ U ANZJANITÀ ATTIVA JUSTYNE CARUANA FL-OPEN DAY FIR-RESIDENZA TAŻ-ŻEJTUN
Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanita Justyne Caruana illum attendiet għal Open Day fid-dar tal-anzjani taż-Żejtun. F'din l-okkażjoni s-Segretarju Parlamentari kellha l-opportunità li tiltaqa’ u titkellem mal-anzjani residenti tad-dar.
Fl-indirizz tagħha Justyne Caruana semmiet l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi fid-djar residenzjali tal-Gvern, li qed jiġu ffurmati f'kull dar biex jagħtu iżjed vuċi lir-residenti tad-djar rispettivi. Żiedet tgħid li l-gvern se jkollu komunikazzjoni diretta ma’ dawn l-assoċjazzjonijiet u se jkun qiegħed jilqa’ d-diversi kummenti u ilmenti tal-anzjani biex ikun jista’ jieħu azzjoni immedjata. Qalet li l-Gvern nieda ukoll karta tad-drittijiet u l-obbligi li għandhom l-Anzjani residenti u li dawn id-drittijiet u l-obbligi se jkunu hemm biex jiġu ssalvagwardjati l-integrità, id-dinjità u is-sigurtà tal-anzjani residenti.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana semmiet ukoll li il-Gvern qiegħed fi proċess ta’ konsultazzjoni pubblika fuq l-istandards minimi nazzjonali dwar ir-residenzi tal-Anzjani li se jkunu wkoll involuti fil-proċess ta' konultazzjoni li qed isir madwar il-pajjiż.
Matul iż-żjara, is-Segretarju Parlamentari ġiet murija ukoll xogħlijiet tal-idejn magħmulin mill-Anzjani Residenti fid-dar taż-Żejtun stess. Justyne Caruana semmiet li dawn ix-xogħlijiet juru b’mod ċar l-istess kunċett ta’ Anzjanità Attiva li qiegħed jippromovi dan il-Gvern.
Other Press Releases:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041