Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr141394
Date Icon 19/06/2014

B’referenza għar-rapporti li qed  jidhru fuq siti online li qed jirrappurtaw li persuna akkużata fil-kaz tal-ismart meters qalet fil-qorti li ma kinitx qed tirċievi kura psikjatrika fil-Forensic Unit ta’ Mount Carmel darbtejn fil-ġimgħa iżda darba fix-xahar, il-Ministeru talab spjegazzjoni lill-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva.

Jirriżulta li l-fiżjoterapista stess skont l-eżaminazzjoni medika ħarġet għall-konklużjoni biex il-pazjent u resident tal-Forensic Unit ikollu sessjonijiet  ta’ darba f’ġimgħa u mhux darba f’xahar kif qed jiġi rrapurtat.

Filfatt jirriżulta li l-pazjent kellu dawn is-sessjonijiet ta’ fiżjoterapija :-

Marzu 3, 18, 25;

April 3, 8, 15, 22, 29;

Mejju 13, 20, 29;

Ġunju 4, 11, 14.

Jirriżulta ukoll li l-istess pazjent kellu sessjonijiet ta’ occupational therapy:-

Frar 21;

Marzu 21;

April 15;

Mejju 22;

Ġunju 5, 19.

Kif ukoll sarulu visti regolari minn uffiċjali mediċi fl-isptar Monte Carmeli fi:-

Frar 18, 22, 25, 27;

Marzu 8, 12, 14, 18, 22, 24, 29;

April 9, 22, 24, 26, 27, 28;

Mejju 3, 4, 10, 14 (kien trasferit għall-Isptar Mater Dei sas-16 ta’ Mejju), 17, 20, 26.

Apparti minn dawn id-dati, il-pazjent  ikun invistat ukoll mill-konsulent psikjatriku b’mod regolari.

Minkejja dan,  immedjatament wara li instema’ il-każ illum u l-pazjent irritorna Mount Carmel saru diskussjonijiet miegħu sabiex ikun żgurat li l-bżonnijiet mediċi tiegħu ikunu kollha mħarsa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  Malta explores international education and digital cooperation following meeting at Parliament

PR262041en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER   Malta tesplora l-potenzjal tagħha fil-qasam tal-edukazzjoni internazzjonali u l-kooperazzjoni diġitali wara laqgħa fil-Parlament

PR262041

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta tesplora l-potenzjal tagħha fi...

More Press Releases Right arrow