KUMPANIJI KBAR BĦAL MICROSOFT JISTGĦU JKUNU SIEĦBA IMPORTANTI MAL-GVERN U MA’ NGOs FIL-ĠLIEDA KONTRA L-INUGWALJANZA U L-ESKLUŻJONI SOĊJALI – MINISTRU HELENA DALLI
Il-kumpanija Microsoft tniedi l-programm Office 365 għall-Organizzazzjonijiet Volontarji
Hija semmiet l-importanza li għandhom dawn l-organizzazzjonijiet hekk kif jirrappreżentaw l-interessi u l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini. Huwa f’dan il-kuntest li l-Gvern japprezza u jsostni l-ħidma li jwettqu.
Dr Dalli spjegat kif kumpaniji kbar multi nazzjonali bħall-Microsoft jistgħu jkunu sieħba importanti mal-Gvern u ma’ NGOs fil-ħidma kontra l-inugwaljanza u l-esklużjoni soċjali billi jqajmu kuxjenza fuq materji importanti bħas-saħħa, drittijiet umani, kultura u sport.
Il-Ministru Dalli qalet li l-kumpanija Microsoft dejjem kienet fuq quddiem biex tagħmel il-prodotti tagħha aċċessibbli sew għal żgħażagħ b’opportunitajiet limitati, persuni b’diżabilità u anzjani. Fl-istess waqt, il-kumpanija żiedet l-appoġġ tagħha lejn organizzazzjonijiet volontarji u dawk bla profitt biex dawn jaġġornaw it-teknoloġija tal-informatika permezz ta’ għotjiet ta’ software.
Dr Dalli ħeġġet aktar kumpaniji biex jimxu fuq il-passi tal-kumpanija Microsoft fejn tidħol corporate social responsibility u jiżviluppaw programmi għall-benefiċċju tas-soċjetà Maltija.
Waqt l-istess attività, grupp ta’ ħames studenti mill-iskola St Martin preżentaw idea ta’ proġett imsejjaħ YNOT permezz ta’ ħolqien ta’ application li għandha tgħin organizzazzjonijiet volontarji u persuni interessati li jagħmlu xogħol volontarju biex isibu lil xulxin fuq Facebook.
Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat se jkun qed jaħdem fuq din l-idea biex jiżviluppaha din is-sena stess.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041