IL-MINISTRU GĦAD-DJALOGU SOĊJALI HELENA DALLI F’LAQGĦA MA’ DELEGAZZJONI PARLAMENTARI MILL-IŻRAEL
Appell biex Malta ssemma’ leħinha fil-fora differenti kontra l-ħtif ta’ tfal innoċenti fl-Iżrael
F’laqgħa li l-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili Helena Dalli kellha ma’ Delegazzjoni Parlamentari mill-Iżrael kienu diskussa fost oħrajn materji relatati ma’ drittijiet ċivili, ugwaljanza, drittijiet tat-tfal u kundizzjonijiet xierqa fid-dinja tax-xogħol.
Tqajjem is-suggett tal-ġenituri li jaħdmu u l-Ministru Helena Dalli semmiet kif il-Gvern Malti introduċa servizz ta’ child care mingħajr ħlas għal kulħadd, dan anke bil-għan li jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni ta’ aktar nisa fid-dinja tax-xogħol.
Fuq l-inugwaljanza u l-vjolenza domestika Dr Dalli qalet li apparti l-aspett uman u socjali, dawn ukoll għandhom effett ħażin fuq l-ekonomija tal-pajjiż. U huwa għalhekk ukoll li kull gvern għandu jindirizza dawn l-oqsma.
Il-Ministru Dalli semmiet il-kanidatura ta’ Israel għall-kumitat fuq l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni kontra n-nisa (CEDAW) u qalet li Malta se tkun qed tagħti l-appoġġ tagħha lil Israel fl-elezzjoni ta’ dan il-kumitat li se ssir fis-26 ta’ Ġunju.
Tqajjem ukoll is-suġġett tal-kandidtaura ta’ Malta u l-Israel għall-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda. Malta se tkun qed tikkontesta fl-2022 u Israel fl-2018. Il-Ministru Dalli awgurat li ż-żewġ pajjiżi jkunu eletti u jkollhom l-opportunità jikkontribwixxu għall-oġġettivi tal-Kunsill tas-Sigurtà specjalment fejn jidhol il-Mediterran.
Min-naħa tagħha, id-Delegazzjoni Parlamentari Iżraeljana esprimiet ix-xewqa li timxi fuq il-passi tal-Gvern Malti u tadotta f’pajjiżha sistema simili ta’ childcare sabiex tinċentiva aktar nisa jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol.
Id-Delegazzjoni Iżraeljana fissret il-preokkupazzjoni tagħha għall-ħtif ta’ tfal innoċenti li għadha għaddejja fl-Israel. Intqal kif it-tfal m’għandhom qatt isofru minħabba kunflitti li jkunu għaddejjin fil-pajjiż.
Il-Ministru Helena Dalli insistiet li kulħadd għandu jkollu dritt li jgħix ħajja diċenti u fil-paċi mingħajr ebda diskriminazzjoni għax ħadd ma jagħżel kif u fejn jitwieled.
Stqarrijiet Oħra:
PR262041en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta explores international ed...
PR262041